"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin (difiża), 28 ta' Frar 2022
Riżultati ewlenin
Il-ministri għad-difiża tal-UE ltaqgħu permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu l-aħħar sitwazzjoni fuq il-post fl-Ukrajna, wara l-invażjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja. Matul id-diskussjoni l-ministri rreferew għall-isforzi li diġà għaddejjin u l-intenzjoni tagħhom li jżidu l-appoġġ fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.
L-appoġġ tagħna għall-Forzi Armati Ukreni huwa kruċjali u huwa meħtieġ issa. Kulħadd jaqbel dwar dan. L-istati membri huma determinati li jżidu l-appoġġ militari bilaterali tagħhom għall-Ukrajna, biex itemmu l-azzjonijiet inaċċettabbli ta' Putin.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-pakkett ta' appoġġ mingħajr preċedent adottat taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi ser jgħin lill-forzi armati Ukreni jiddefendu l-integrità territorjali u l-popolazzjoni tal-Ukrajna. Dan jinkludi pakkett ta' appoġġ ta' €450 miljun għall-għoti ta' assistenza letali għal skop difensiv u pakkett ta' appoġġ ta' €50 miljun għall-forniment ta' provvisti mhux letali.
Fuq talba tal-Ukrajna, l-UE ser tipprovdi wkoll intelligence ġeospazjali permezz taċ-ċentru satellitari tal-UE.
L-UE ser tkompli timpenja ruħha ma' u tipprovdi appoġġ lil pajjiżi oħra fir-reġjun, inkluż lill-Moldova, lill-Georgia u lil pajjiżi fil-Balkani tal-Punent.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.