"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin u Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 21 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Affarijiet barranin

L-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna. S'issa 13-il miljun ruħ jeħtieġu għajnuna umanitarja immedjata, u aktar minn 3.3 miljun ħarbu mill-pajjiż.

Il-ministri kienu magħqudin fl-appoġġ tagħhom għall-Ukrajna. Huma qablu li jkomplu jrażżnu u jiżolaw lir-Russja b'mod diplomatiku u fix-xena internazzjonali, u jikkundannaw id-delitti tal-gwerra tagħha, u l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.

L-UE ser tkompli tappoġġa lill-Ukrajna ekonomikament, finanzjarjament, u tappoġġa lill-forzi armati Ukreni. F'dan ir-rigward, il-ministri laħqu qbil politiku dwar 500 miljun euro addizzjonali li għandhom jiġu mobilizzati taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Dak li qed jiġri fl-Ukrajna huwa delitt tal-gwerra fuq skala enormi mwettaq mill-Forzi Armati Russi kontra l-poplu Ukren. Ma nistgħux ma nirreaġixxux. Huwa għalhekk li nilqgħu l-Kummissjoni ta' Inkjesta mwaqqfa mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU. Nilqgħu wkoll l-investigazzjoni mill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u nfakkru fl-ordni mogħtija mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biex ir-Russja twaqqaf l-invażjoni tal-Ukrajna.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

L-UE tinsab lesta li tkompli ssaħħaħ il-miżuri restrittivi tagħha jekk is-sitwazzjoni teħtieġ dan, u timpenja ruħha mas-sħab internazzjonali.

Matul id-diskussjoni, il-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Moldova Nicu Popescu ngħaqad mal-ministri.

Il-Moldova hija wieħed mill-pajjiżi l-aktar affettwati mill-aggressjoni Russa, fejn 13% tat-tfal fil-pajjiż huma refuġjati Ukreni, u hija wkoll wieħed mill-aktar mhedda. L-UE tieħu b'serjetà t-tħassib u l-ħtiġijiet tal-Moldova, u l-ministri enfasizzaw l-impenn tagħhom li kollettivament iżidu l-appoġġ tal-UE lill-pajjiż.

Mali

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni fil-Mali.

L-awtoritajiet ta' tranżizzjoni fil-Mali mhux biss appellaw għall-irtirar tal-forzi Barkhane u Takuba mill-pajjiż, iżda ddeċidew ukoll li jikkooperaw mal-forzi merċenarji affiljati mar-Russja tal-Grupp Wagner, li huma magħrufa għall-atroċitajiet kull fejn ħadu sehem f'operazzjoni.

Il-Kunsill ikkonferma li l-missjoni ta' taħriġ militari tal-UE fil-Mali (EUTM Mali) bl-ebda mod ma tista' tkun involuta f'attivitajiet li jistgħu jdgħajfu r-reputazzjoni tal-UE.

Għal din ir-raġuni r-Rappreżentant Għoli talab bil-miktub għal garanziji li dawk l-unitajiet li qed jitħarrġu mill-UE ma jaħdmux jew ma jikkooperawx mal-Grupp Wagner. L-UE qed tistenna tweġiba mill-awtoritajiet tal-Mali u, f'każ li dawk il-garanziji ma jingħatawx, l-UE ma jkollha l-ebda għażla ħlief li tqis mill-ġdid il-preżenza tagħha fil-Mali.

Sadanittant l-UE tkompli tipprovdi għajnuna finanzjarja diretta lill-popolazzjoni fil-Mali u fis-Saħel b'mod aktar ġenerali, u ser testendi l-appoġġ tagħha għall-Burkina Faso u n-Niġer.

Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-Kamerun.

Affarijiet barranin u difiża

Il-ministri għall-affarijiet barranin u għad-difiża tal-UE f'sessjoni konġunta approvaw il-Boxxla Strateġika, pjan ta' azzjoni ambizzjuż biex tissaħħaħ il-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE sal-2030.

Meta ppreżentajt il-Boxxla f'Novembru li għadda, għidt li l-Ewropa tinsab fil-periklu. Issa, dan jidher b'mod ċarissimu. Din l-invażjoni mhux provokata u mhux ġustifikata timmarka "bidla tettonika". Ir-reazzjoni tagħna għall-gwerra wriet li aħna, bħala l-UE, nistgħu naġixxu b'mod sod u rapidu meta nkunu magħqudin. L-adozzjoni tal-lum tal-Boxxla tikkonferma dan. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Boxxla Strateġika tipprovdi valutazzjoni kondiviża tal-ambjent strateġiku li fih qed topera l-UE u tat-theddid u l-isfidi li qed tiffaċċa l-Unjoni. Għall-ewwel darba, id-dokument jagħmel proposti konkreti u azzjonabbli, b'kalendarju preċiż ħafna għall-implimentazzjoni, sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-UE li taġixxi b'mod deċiżiv fi kriżijiet u biex tiddefendi s-sigurtà tagħha u ċ-ċittadini tagħha.

Il-Boxxla tenfasizza wkoll b'mod ċar l-importanza tar-relazzjoni trans-Atlantika u tar-rwol tan-NATO fid-difiża kollettiva. UE aktar b'saħħitha u aktar kapaċi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża ser tgħin biex tissaħħaħ is-sigurtà trans-Atlantika u n-NATO.

Il-Boxxla Strateġika issa mistennija li tiġi approvata mill-Kunsill Ewropew fl-24 u l-25 ta' Marzu 2022.

Difiża

Il-ministri għad-difiża tal-UE ddiskutew kwistjonijiet relatati mad-difiża fir-rigward tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025