"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Affarijiet Barranin Straordinarju, 4 ta' Marzu 2022
Riżultati ewlenin
Il-ministri kellhom Kunsill straordinarju biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi rigward is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Ir-Russja għandha twaqqaf immedjatament l-operazzjonijiet militari tagħha, u tirtira mingħajr kundizzjonijiet mit-territorju kollu tal-Ukrajna. Il-President Putin kien biħsiebu jifridna, iżda ġara eżattament bil-kontra: illum ninsabu aktar magħqudin u aktar determinati minn qatt qabel u r-Russja hija kompletament iżolata.
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-ministri appellaw għal kuritur umanitarju u enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu appoġġati aktar l-istati membri l-aktar esposti tal-UE li jospitaw il-biċċa l-kbira ta' dawk li qed jaħarbu mill-gwerra. Huma qablu wkoll li jżidu l-ħidma fuq il-front umanitarju.
Il-ministri qablu li jnaqqsu aktar id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija mir-Russja. Rigward il-miżuri restrittivi b'saħħithom adottati dan l-aħħar, bħalissa qed issir enfasi fuq l-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa tagħhom u l-indirizzar ta' kwalunkwe lakuna possibbli.
Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom skambju informali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Dmytro Kuleba, li ngħaqad permezz ta' vidjokonferenza u pprovda ħarsa ġenerali lejn l-aħħar żviluppi fuq il-post, il-ħtiġijiet urġenti tal-Ukrajna u l-atroċitajiet imwettqa mill-forzi Russi.
Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Liz Truss u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kanada Mélanie Joly ukoll ingħaqdu mal-laqgħa fi Brussell.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.