"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 27 ta' Frar 2022
Riżultati ewlenin
Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE ltaqgħu b'mod informali permezz ta' vidjokonferenza, u kellhom diskussjoni dwar miżuri ulterjuri li għandhom jiġu adottati b'rispons għall-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Dan huwa mument storiku peress li din hija l-ewwel darba mit-tmiem tat-tieni gwerra dinjija li setgħa militari invadiet stat sovran ieħor bi ksur tad-dritt internazzjonali. It-tieni nett peress li l-Ewropej irreaġixxew b'mod li ssorprenda lil ħafna nies, ibda mir-Russi stess.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Il-ministri taw l-approvazzjoni politika tagħhom għal sett ġdid ta' miżuri, li għandhom ikopru diversi linji ta' azzjoni:
appoġġ tal-UE lill-forzi armati Ukreni permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi
aktar sanzjonijiet individwali u ekonomiċi, li jkopru fost l-oħrajn l-għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-UE għall-inġenji tal-ajru Russi, is-sistema ta' messaġġi finanzjarji SWIFT, u r-riżorsi tal-Bank Ċentrali Russu
impenn diplomatiku sabiex issir ħidma lejn il-kundanna u l-iżolament internazzjonali tar-Russja
miżuri ta' appoġġ għall-Ukrajna u r-reġjun
inizjattivi biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, inkluż il-projbizzjoni tal-media tal-istat Russia Today u Sputnik milli jxandru fl-UE.
Dawn id-deċiżjonijiet issa jenħtieġ li jiġu ffinalizzati permezz ta' atti legali rilevanti.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.