Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin Straordinarju, 25 ta' Frar 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri pproċedew għall-adozzjoni ta' pakkett ulterjuri ta' miżuri restrittivi li ser ikollhom konsegwenzi massivi u severi għar-Russja. Dawn il-miżuri jkopru s-settur finanzjarju, is-setturi tal-enerġija u t-trasport, l-oġġetti b'użu doppju, il-kontroll tal-esportazzjoni u l-finanzjament tal-esportazzjoni, il-politika dwar il-viżi, sanzjonijiet addizzjonali kontra individwi Russi u kriterji ġodda ta' elenkar.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
B'sinjal ta' appoġġ immedjat għall-Ukrajna, adottajna pakkett ta' sanzjonijiet li l-mexxejja tal-istati membri qablu dwaru l-lejl li għadda. Dan huwa pakkett mingħajr preċedent – kemm fil-veloċità kif ukoll fil-firxa. Dawn is-sanzjonijiet huma l-pakkett bl-akbar impatt qawwi li qatt implimentajna. Dawn is-sanzjonijiet huma mfassla biex ifixklu l-kapaċità li titkompla l-aggressjoni u tiġi ffinanzjata l-okkupazzjoni.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri qablu li jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi biex jiżguraw l-aktar kundanna internazzjonali wiesgħa possibbli tal-aggressjoni illegali u mhux provokata mir-Russja. Kien hemm ukoll kunsens ċar biex tkompli tiġi appoġġata l-Ukrajna u biex jiżdiedu l-isforzi biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni.

Il-ministri qablu dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għall-Moldova u l-Georgia u li jiġu skoraġġuti l-provokazzjonijiet fil-Balkani tal-Punent.

Il-ministru għall-affarijiet barranin tal-Ukrajna Dmytro Kuleba indirizza lill-ministri fil-bidu tal-laqgħa tagħhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025