"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), kapijiet tad-difiża tal-UE, 18 ta' Mejju 2022

Riżultati ewlenin

Illum, il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE (CHODs) iltaqgħu għal-laqgħa tal-Kumitat Militari fil-livell tas-CHODs fi Brussell.

Il-laqgħa serviet bħala l-opportunità biex jiġu diskussi l-implikazzjonijiet tas-sitwazzjoni ġeopolitika attwali u l-attivitajiet militari ewlenin tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, b'enfasi speċjali fuq l-implimentazzjoni kruċjali tal-Boxxla Strateġika, u b'mod partikolari fuq il-kisba tal-kapaċità tal-UE li tipproġetta s-sigurtà, permezz tal-Kapaċità ġdida ta' Skjerament Rapidu tal-UE (EU RDC), sal-2025.

Il-Ġeneral Robert Brieger, li ppresieda din il-laqgħa għall-ewwel darba
Fix-xenarju globali li diġà ntlaqat b'mod sever minn kriżijiet differenti madwar id-dinja, bit-terroriżmu, il-migrazzjonijiet mhux ikkontrollati, it-theddid ċibernetiku u ibridu, aggravati mill-pandemija, l-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja reġgħet ġabet gwerra konvenzjonali fit-territorju Ewropew, b'konsegwenzi imprevedibbli fuq is-sigurtà tagħna. Aħna, is-CHODs tal-UE, irridu nimpenjaw ruħna bis-sħiħ biex nimplimentaw b'mod rapidu l-għodod il-ġodda li l-Boxxla Strateġika tindika, għall-benefiċċju tal-UE u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej. F'dan ir-rigward u fid-dawl tal-predeċessuri kollha tiegħi, nista' biss inġedded l-impenn l-aktar qawwi tiegħi f'dan l-isforz ukoll.
Il-Ġeneral Robert Brieger, li ppresieda din il-laqgħa għall-ewwel darba
Il-Ġeneral Robert Brieger, li ppresieda din il-laqgħa għall-ewwel darba

Rigward il-kriżi li tinsab għaddejja fl-Ukrajna, is-CHODs apprezzaw il-ħidma eċċezzjonali li saret mill-Persunal Militari tal-UE u ċ-Ċellula tal-Mekkaniżmu ta' Koordinament tiegħu fil-monitoraġġ tat-konsenja ta' tagħmir militari mill-Istati Membri tal-UE, li kkontribwixxa għad-dikjarazzjoni tal-eliġibbiltà tagħhom għal rimborż, skont il-mekkaniżmu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Is-CHODs tennew l-importanza fl-istabbiliment u t-trawwim ta' relazzjonijiet b'saħħithom mas-sħab li jikkondividu l-valuri u l-prinċipji tal-UE. F'dan ir-rigward, il-laqgħa kienet ukoll possibbiltà tajba biex tiġi diskussa l-kooperazzjoni man-NATO u s-sħab, li bħalissa qed jikkontribwixxu għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet ta' Taħriġ tal-UE. Is-CHODs mill-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, il-Moldova u l-Viċi CHOD tas-Serbja attendew il-laqgħa.

Matul il-laqgħa, is-CHODs għażlu l-Logutenent Ġeneral Michiel Van Der Laan (in-Netherlands) bħala d-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-Persunal Militari tal-UE / Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija, biex jissostitwixxi lill-Viċi Ammirall Hervé Blejean, fi tmiem il-mandat tiegħu, fl-2023.

L-EUMC hu magħmul mis-CHODs tas-27 Stat Membru, li huma rappreżentati regolarment mir-Rappreżentanti Militari permanenti (MilReps) tagħhom. L-EUMC jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) dwar il-kwistjonijiet militari rilevanti kollha.

L-EUMC għandu President permanenti, magħżul mill-Kapijiet tad-Difiża tal-Istati Membri u maħtur mill-Kunsill għal tliet snin.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Jannar 2025