"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), 20 ta' Mejju 2022

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin, fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-iżvilupp, iddiskuta l-kriżi globali tas-sigurtà tal-ikel imminenti iġġenerata mill-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, u r-rispons multilaterali għal dik il-kriżi.

Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Is-suq tal-ikel kien diġà taħt stress qabel il-gwerra, iżda wara l-attakk Russu kontra l-Ukrajna, din il-kriżi marret għall-agħar ħafna. Illum dan jipperikola s-sigurtà tal-ikel ta' miljuni ta' nies f'ħafna partijiet tad-dinja. It-truppi Russi qed jibbumbardjaw l-għelieqi Ukreni, ma jippermettux iż-żrigħ tal-għelejjel, jisirqu l-ħażniet tal-ikel, jimblukkaw il-portijiet Ukreni, u b'hekk qed jiżdiedu l-prezzijiet tal-ikel u l-fertilizzant li żdiedu f'daqqa f'ħafna partijiet tad-dinja. Għalhekk il-provvista dinjija tal-ikel tinsab fil-periklu, l-aktar minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri ġew infurmati dwar il-gravità tas-sitwazzjoni u l-implikazzjonijiet tagħha madwar id-dinja.
Fl-2021, ir-Russja u l-Ukrajna kienu fost l-akbar esportaturi dinjija taċ-ċereali u ż-żrieragħ u ż-żejt tal-ġirasol, bl-Ukrajna responsabbli għal aktar minn 50% tal-kummerċ dinji taż-żejt tal-ġirasol. Huwa stmat li bejn 20% u 30% taż-żoni tal-produzzjoni taċ-ċereali tax-xitwa, il-qamħirrum u ż-żerriegħa tal-ġirasol fl-Ukrajna ser jibqgħu ma jinħasdux jew ma jiġux imħawla din ir-rebbiegħa minħabba l-kunflitt li għaddej. Dan ser ikollu impatt qawwi fuq il-popolazzjonijiet vulnerabbli madwar id-dinja, b'mod partikolari f'pajjiżi bi dħul baxx li jiddependu fuq l-importazzjonijiet tal-ikel u tal-fertilizzanti.

Il-Kunsill imbagħad iddiskuta diversi linji ta' azzjoni li l-UE ser tmexxi 'l quddiem fi spirtu ta' Tim Ewropa.

L-ewwel nett, l-UE ser tipprovdi assistenza ta' emerġenza lill-popolazzjonijiet vulnerabbli u ser tgħin biex tittejjeb l-affordabbiltà tal-ikel u l-istabbiltà makroekonomika fuq perjodu qasir. It-tieni nett, l-UE ser tappoġġa aktar minn 70 pajjiż sieħeb biex tingħata spinta lill-output u lir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-ikel tagħhom, biex tiżdied is-sigurtà tal-ikel fuq terminu medju. It-tielet nett, l-UE hija impenjata li tiżgura r-rilaxx ta' 20 miljun tunnellata ta' ċereali li attwalment jinsabu imblukkati fis-sajlos tal-Ukrajna mill-gwerra ta' Putin, u tpoġġihom fis-swieq globali malajr kemm jista' jkun permezz tal-hekk imsejħa "korsiji ta' solidarjetà", li ġew proposti reċentement mill-Kummissjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, l-UE ser taħdem saħansitra aktar fil-qrib u fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, il-G7, l-inizjattiva tal-Missjoni ta' Reżiljenza Alimentari u Agrikola (FARM), u formati oħra għall-kooperazzjoni globali dwar din il-kriżi.

Il-ministri għall-iżvilupp kellhom skambju informali ta' fehmiet mal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati Filippo Grandi, li pprovda ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni globali u l-ħidma mwettqa mill-UNHCR. Id-diskussjoni ffukat fuq l-Ukrajna, is-Saħel, l-Afganistan u l-Myanmar, fost l-oħrajn. Bħalissa hemm aktar minn 100 miljun persuna spostata bil-forza madwar id-dinja.

Il-UNHCR huwa sieħeb ewlieni għall-UE li, flimkien mal-istati membri tagħha, hija t-tieni l-akbar donatur għall-UNHCR. L-UE qed taħdem mill-qrib mal-istati membri tagħha fuq rispons konġunt ta' Tim Ewropa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi u jiġu żgurati finanzjament u appoġġ adegwati għall-popolazzjonijiet l-aktar milquta u vulnerabbli madwar id-dinja.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025