- Kunsill Affarijiet Barranin
Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 12-15 ta' Ġunju 2022
Riżultati ewlenin
Konferenza ministerjali tad-WTO
Il-Kunsill tal-ministri għall-kummerċ tal-UE ltaqa' darbtejn fil-marġini tat-12-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li saret f'Ġinevra mit-12 sas-17 ta' Ġunju.
L-ewwel laqgħa saret fil-bidu tal-konferenza, fejn il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jiddefinixxu l-pożizzjoni tal-UE għan-negozjati tal-Kummissjoni. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkonsultat regolarment lill-istati membri dwar l-iżviluppi matul il-konferenza. It-tieni laqgħa tal-ministri għall-kummerċ tal-UE saret nhar l-Erbgħa 15 ta' Ġunju, u pprovdiet aġġornament dwar in-negozjati fil-bidu tal-fażi finali tagħhom.
Fi tmiem il-konferenza, il-Kunsill adotta konklużjonijiet fejn laqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati miksuba fir-rigward tal-projbizzjoni ta' sussidji għal sajd illegali u mhux regolat, il-kummerċ f'oġġetti mediċi essenzjali, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' flessibbiltajiet dwar il-proprjetà intellettwali għall-aċċess għall-vaċċini kontra l-COVID-19, is-sigurtà tal-ikel, ir-riforma tad-WTO u dwar l-estensjoni tal-moratorju fuq id-dazji doganali fuq trażmissjonijiet elettroniċi.
Il-Kunsill ikkondivida wkoll il-valutazzjonipożittiva tal-pakkett ġenerali miksub, li juri r-rilevanza tal-multilateraliżmu kummerċjali biex jgħin jindirizza l-isfidi globali.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Lulju 2026