"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 26 ta' Novembru 2025

Riżultati ewlenin

Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE ltaqgħu b'mod informali permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi fin-negozjati biex tintemm il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u tinkiseb paċi ġusta u dejjiema għall-Ukrajna. Id-diskussjoni saret fl-isfond ta' momentum diplomatiku ġdid, b'kont meħud tal-konsultazzjonijiet intensivi ta' livell għoli fil-marġini tal-G20 reċenti, id-diskussjonijiet f'Ġinevra matul tmiem il-ġimgħa, l-eżiti tal-EUCO informali u l-koalizzjoni tal-Partijiet Disposti fil-livell tal-Mexxejja.

Il-vidjokonferenza bdiet b'intervent tal-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin, Andrii Sybiha, li ta ħarsa ġenerali lejn l-aħħar żviluppi diplomatiċi u l-pożizzjoni tal-Ukrajna.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Kulħadd jilqa' l-isforzi tal-Istati Uniti għall-paċi. Ilkoll kemm aħna rridu li din il-gwerra tintemm, iżda l-mod kif tintemm huwa importanti wkoll. Irridu nżommu f'moħħna li hemm aggressur wieħed u vittma waħda. Waqfien mill-ġlied immedjat u mingħajr kundizzjonijiet irid ikun l-ewwel pass biex tintemm il-gwerra.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Matul id-diskussjoni, il-ministri tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-pożizzjoni tal-UE dwar dawn l-iżviluppi diplomatiċi, u dwar il-ħtieġa li tibqa' ssir pressjoni fuq ir-reġim tar-Russja filwaqt li jiżdied l-appoġġ militari u finanzjarju għall-Ukrajna. F'dan il-kuntest, huma ttrattaw id-dibattitu dwar self marbut mar-reparazzjonijiet għall-Ukrajna.

Hemm ftit gwerer fid-dinja fejn is-sitwazzjoni hija daqshekk ċara bħalma hija hawnhekk. L-enfasi għandha tkun fuq dak li r-Russja - l-aggressur - għandha tagħmel, mhux fuq dak li l-Ukrajna - il-vittma - għandha tissagrifika.

Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Novembru 2025