Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (art. 50), 22/05/2017, 22 ta' Mejju 2017

Riżultati ewlenin

Jistgħu jibdew in-negozjati dwar Brexit

Il-Kunsill, imlaqqa’ fil-format tal-UE27, adotta deċiżjoni li tawtorizza l-bidu ta’ taħditiet mar-Renju Unit wara n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-UE. Il-Kummissjoni nħatret bħala n-negozjatur tal-UE.

“Mil-lum il-Kummissjoni għandha mandat biex tibda taħditiet mar-Renju Unit. Aħna l-ewwel ser niffokaw fuq li nipprovdu ċarezza għal dawk kollha milquta mid-deċiżjoni ta' Brexit u li niżguraw "separazzjoni" mingħajr xkiel. Dik hija l-ogħla prijorità tagħna. Ninsabu lesti, ninsabu magħqudin u qed nersqu għal dawn in-negozjati bl-aqwa rieda u bl-għan ċar li nilħqu qbil."

Louis Grech, Viċi Prim Ministru ta' Malta u President tal-Kunsill

Direttivi ta' negozjati

Il-ministri adottaw l-ewwel sett ta’ direttivi ta’ negozjati li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE għall-ewwel fażi tan-negozjati. It-test jagħti prijorità lill-kwistjonijiet li ġew identifikati bħala meħtieġa għal irtirar ordnat tar-Renju Unit, inkluż, fost affarijiet oħra, id-drittijiet taċ-ċittadini, is-saldu finanzjarju u s-sitwazzjoni tal-Irlanda.

Kunsill Ewropew (art50)

Il-ministri bdew it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew (Art.50) ta’ Ġunju 2017 billi kkunsidraw abbozz ta’ aġenda annotata.

Grupp ta' ħidma

Inħoloq grupp ta’ ħidma dedikat bi president permanenti biex jassisti lill-Kunsill u l-Coreper (Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti) fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Dan il-grupp ta’ ħidma ser jiltaqa' dejjem fil-format tal-UE27.

Trasparenza matul in-negozjati

Id-dokumenti adottati mill-Kunsill jippermettu l-bidu ta’ negozjati mar-Renju Unit li ser jitwettqu b’rispett tal-prinċipji tat-trasparenza approvati l-ġimgħa li għaddiet mill-Coreper.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024