- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 25/04/2017, 25 ta' April 2017
Riżultati ewlenin
Għaliex il-politika ta’ koeżjoni hija importanti
Il-Kunsill laqa’ r-riżultati pożittivi tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-2007-2013 għall-kumpaniji u ċ-ċittadini fl-UE kollha. Il-ministri adottaw konklużjonijiet li jindikaw li dawn il-programmi għenu biex jinħolqu miljun impjieg billi pprovdew appoġġ finanzjarju lil aktar minn 120 000 negozju ġdid u lil madwar 400 000 SME. Huma kkontribwew għall-kostruzzjoni ta’ 4 900 km ta’ toroq ġodda u għat-titjib ta’ 1 500 km ta’ linji ferrovjarji. Ikkollegaw ukoll 6 miljun persuna ma’networks tal-ilma tax-xorb ġodda jew imtejba u 7 miljun persuna ma’ faċilitajiet ġodda jew imtejba tat-trattament tal-ilma mormi.
"Huwa ċar li l-koeżjoni tal-UE hija storja ta’ suċċess. Tgħin biex jinħolqu l-impjiegi, tistimula t-tkabbir u tagħmel il-ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej aktar faċli. Dak li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE jonqosha hija l-viżibbiltà. Din hija r-raġuni għaliex illum, il-Kunsill qabel dwar kif nistgħu nuru b’mod aktar ċar kif il-politika ta’ koeżjoni għandha impatt pożittiv dirett fuq il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej."
Ian Borg, Segretarju parlamentari ta’ Malta għall-fondi tal-UE u President tal-Kunsill
Aktar appoġġ tal-UE għall-istati membri milquta minn diżastri naturali
Il-ministri laqgħu l-qbil tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2017 biex jiżdied l-appoġġ tal-UE għal reġjuni milquta minn għargħar, terremoti, nixfa u diżastri naturali oħra. Taħt l-iskema l-ġdida, is-sehem tal-UE fl-ispejjeż ta’ rikostruzzjoni ser jiżdied sa 90 %. Dan kważi jirdoppja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għal xi reġjuni. In-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew mistennija jibdew kmieni f’Mejju. "Iż-żieda ppjanata tal-appoġġ tal-UE għal reġjuni milquta minn diżastri naturali hija espressjoni konkreta tas-solidarjetà tagħna ma’ dawk li huma fil-bżonn. Dan ser ifisser aktar għajnuna għar-reġjuni fil-kompitu tagħhom li jippermettu lin-nies jirritornaw għal kundizzjonijiet normali ta’ għajxien", qal Ian Borg.
It-tmiem tat-tariffi tar-roaming u banda ta’ frekwenzi ta’ 700 MHz għall-broadband mobbli
Il-Kunsill adotta wkoll żewġ atti legali ewlenin fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.
L-approvazzjoni tal-Kunsill għar-riforma tar-roaming bl-ingrossa huwa l-aħħar pass biex fil-15 ta’ Ġunju 2017 jintemmu t-tariffi tar-roaming bil-mowbajl fl-UE.
"Il-vot finali tal-lum fil-Kunsill iwitti t-triq għal roaming b’xejn. Meta l-Ewropej imorru fuq btala s-sajf li ġej, huma jistgħu jgawdu l-libertà li jibqgħu f’kuntatt u jużaw l-internet daqslikieku kienu f’pajjiżhom."
Emmanuel Mallia, il-Ministru Malti għall-Kompetittività u l-Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi
Il-Kunsill adotta wkoll deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-banda ta’ frekwenzi ta’ 700 MHz għal servizzi broadband bla fili fil-pajjiżi kollha tal-UE. L-użu kkoordinat ta’ din il-medda ta’ spettru ta’ kwalità għolja ser jagħti spinta lill-konnettività mobbli u jixpruna t-tnedija tat-teknoloġija 5G.
Kontroll tal-armi tan-nar
Il-Kunsill adotta direttiva li tissikka r-regoli dwar l-akkwist u l-pussess tal-armi. Id-direttiva l-ġdida ssaħħaħ it-traċċabbiltà tal-armi tan-nar, tipprojbixxi l-użu ċivili tal-armi tan-nar semi-awtomatiċi l-aktar perikolużi u ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE.
Control of firearms
The Council adopted a directive tightening the rules on the acquisition and possession of weapons. The new directive enhances the traceability of firearms, bans the civilian use of the most dangerous semi-automatic firearms and improves information sharing between EU countries.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv - Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni) tal-25 ta' April 2017
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 25 ta’ April 2017
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 25 ta’ April 2017
- Corrigendum 1 għal-lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 25 ta’ April 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 25 ta’ April 2017
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
- Pjan strateġiku tan-Nazzjonijiet Uniti għall-foresti: Konklużjonijiet tal-Kunsill
- 25/04/2017
- L-UE ssaħħaħ il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar
- 25/04/2017
- Ħarsien taċ-ċittadini mit-tniġġis tal-merkurju
- 25/04/2017
- Pjan għas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana: Il-Kunsill lest biex jinnegozja mal-PE
- 25/04/2017
- Data aħjar dwar is-sajd: Il-Kunsill jadotta regoli mtejba tal-UE
- 25/04/2017
- L-UE lesta għal roaming mingħajr ħlas minn Ġunju
- 25/04/2017
- L-UE tikkoordina l-ispettru ewlieni biex tingħata spinta lill-konnettività fit-tħejjija għall-5G
- 25/04/2017
- Il-Kunsill jadotta regoli ġodda biex jipproteġi aħjar il-finanzi tal-UE
- 25/04/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Frar 2025