- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16/05/2017, 16 ta' Mejju 2017
Riżultati ewlenin
Kunsill Ewropew ta’ Ġunju
Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta' Ġunju 2017 billi eżamina abbozz ta' aġenda annotata li tkopri l-punti li ġejjin:
- Il-Migrazzjoni: il-Kunsill Ewropew ser jagħti rendikont dwar il-ħidma fuq 1) ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, inkluż il-Qafas ta’ Sħubija 2) ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant, inkluż id-dikjarazzjoni tal-UE u t-Turkija 3) ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u 4) il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni
- Sigurtà u difiża: il-Kunsill Ewropew ser janalizza dak li nkiseb f'dawn l-aħħar xhur
- Impjiegi, tkabbir u kompetittività: il-Kunsill Ewropew ser jivvaluta l-progress li sar fl-ikkompletar tas-suq uniku sal-2018, l-istrateġija tas-suq uniku diġitali, il-pjan ta' azzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali u l-unjoni tal-enerġija
- Relazzjonijiet esterni: il-Kunsill Ewropew ser jindirizza dan il-punt fid-dawl tal-iżviluppi l-aktar reċenti
"L-aġenda tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju tirrifletti l-prijoritajiet attwali tal-UE: il-migrazzjoni tinżamm taħt kontroll u l-ġlieda kontra l-kawżi ewlenin tagħha, ħajja aktar sigura għaċ-ċittadini Ewropej, tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda. Id-diskussjoni tal-lum kienet l-ewwel pass biex ikun żgurat li l-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju jkun produttiv u ta’ suċċess".
Louis Grech, Viċi Prim Ministru ta' Malta u President tal-Kunsill.
Il-futur tal-UE
Il-Kummissjoni appellat għal aktar riflessjoni dwar il-futur tal-UE fuq il-bażi tal-white paper tagħha skont il-prinċipji li ġejjin:
- l-użu sħiħ tal-potenzjal tat-trattati tal-UE
- nimxu 'l quddiem flimkien b'27 stat membru
- twettiq tal-wegħdiet
"Ikkompletar pożittiv tal-proċess ta' riflessjoni jirriżulta f'Unjoni Ewropea aktar b'saħħitha, u b'hekk jiġu żgurati l-paċi u l-prosperità fl-Ewropa għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-futur tal-Unjoni Ewropea jiddependi fuq il-ħila tagħna li nwieġbu b’mod effettiv għall-kwistjonijiet li huma ta’ tħassib għaċ-ċittadini".
Louis Grech, Viċi Prim Ministru ta' Malta u President tal-Kunsill.
Servizzi finanzjarji
Il-Kunsill adotta regoli dwar il-fondi tas-suq monetarju u dwar il-prospetti għall-ħruġ u l-offerti ta’ titoli.
Ir-regolament dwar il-fondi tas-suq monetarju hu maħsub bħala appoġġ għar-rwol li għandu s-suq monetarju ta' €1 triljun fil-finanzjament tal-ekonomija. Dan isegwi inizjattivi mill-G20 u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja.
Ir-regoli l-ġodda dwar il-prospett għandhom l-għan li jnaqqsu wieħed mill-ostakli regolatorji prinċipali li l-kumpaniji jħabbtu wiċċhom magħhom meta joħorġu titoli ta’ ekwità u ta’ dejn. Dan huwa komponent ewlieni tal-pjan tal-UE dwar l-unjoni tas-swieq kapitali.
Stat tad-dritt
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tad-djalogu tagħha mal-Polonja dwar l-istat tad-dritt. Il-Ministri enfasizzaw l-importanza li jitkompla d-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Polonja.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Indicative programme - General Affairs Council, 16 May 2017
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16 ta’ Mejju 2017
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16 ta’ Mejju 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 16 ta’ Mejju 2017
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025