"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 20/06/2017, 20 ta' Ġunju 2017

Riżultati ewlenin

Rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas baġitarju tal-UE għall-2014-2020

Il-Kunsill adotta qafas baġitarju rivedut tal-UE għall-2014-2020 biex jilħaq prijoritajiet ġodda. Dan jiddedika aktar riżorsi sabiex jgħin fl-ispinta lill-impjiegi u t-tkabbir u biex tiġi indirizza l-kriżi tal-migrazzjoni. Barra minn hekk isaħħaħ il-kapaċità tal-UE biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija.

“Id-deċiżjoni tal-lum taġġusta l-qafas baġitarju tal-UE biex tallinjah mal-isfidi li għandna quddiemna. Dan ifisser li l-baġit tal-UE ser ikompli jsir strument aktar effettiv biex jissaħħaħ it-tkabbir, jinħolqu l-impjiegi u tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni. Huwa jippermetti wkoll li l-UE tirreaġixxi aktar malajr u tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji meta tiffaċċa sfidi ġodda"

Dr Helena Dalli, Ministru ta' Malta għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, u President tal-Kunsill

Kunsill Ewropew ta’ Ġunju

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fit-22 u t-23 ta’ Ġunju billi ddiskuta l-abbozz ta’ konklużjonijiet li jkopru l-punti li ġejjin:

  • migrazzjoni - fejn il-Kunsill Ewropew ser jivvaluta l-aħħar żviluppi, b’enfasi partikolari fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali
  • sigurtà u difiża - fejn il-mexxejja ser jikkunsidraw il-progress u jipprovdu gwida għal aktar ħidma
  • impjiegi, tkabbir u kompetittività - fejn il-Kunsill Ewropew ser jeżamina l-isforzi għall-approfondiment tas-suq uniku u jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-UE għal kummerċ ħieles u ġust
  • relazzjonijiet esterni - fejn il-Kunsill Ewropew ser jiġi infurmat dwar għadd ta’ laqgħat reċenti ta’ livell għoli
  • il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima - li fir-rigward tiegħu l-mexxejja ser jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom
  • Ewropa diġitali - fejn il-Kunsill Ewropew ser jagħmel appell biex issir bidla minn approċċ settorjali għal approċċ olistiku

“Il-Kunsill Ewropew ser ikopri firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet. L-għan globali tiegħu huwa li jgħin biex l-Ewropa tissaħħaħ u ċ-ċittadini tagħha jiġu protetti. Dan ifisser li ser nieħdu r-riedni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-fruntieri tal-Ewropa, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ħidma lejn politika kummerċjali soda, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża, u t-tiswir tal-futur tagħna stess bħala influwenza għas-sewwa fid-dinja. Ir-riżultat li kisbet Malta bil-kontribut għal din l-aġenda pożittiva matul is-sitt xhur tagħha fit-tmexxija tal-Kunsill jagħmilni kburija."

Dr Helena Dalli, Ministru ta' Malta għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, u President tal-Kunsill

Prijoritajiet għall-2018

Il-Kunsill kellu l-ewwel diskussjoni tiegħu dwar il-prijoritajiet leġislattivi għall-2018. Il-ministri ssottolinjaw l-importanza li l-attenzjoni tingħata lil dawk il-kwistjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-objettiv tat-tisħiħ tal-Ewropa u l-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha. Id-diskussjoni tal-Kunsill ser tikkontribwixxi għat-tħejjijiet tal-Kummissjoni tal-programm ta' ħidma tagħha għall-2018.

“Għandna quddiemna ħafna sfidi, iżda d-diskussjoni tal-lum għamlitha possibbli li niffukaw fuq dawk l-inizjattivi u l-azzjonijiet li ser issaħħu l-kapaċità tal-Ewropa sabiex tindirizza dawn l-isfidi fuq il-perjodu medju”

Dr Helena Dalli, Ministru ta' Malta għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, u President tal-Kunsill 

Il-programm tal-Kunsill għat-18-il xahar li ġejjin

Il-Kunsill approva l-programm ta’ ħidma tiegħu għat-18-il xahar li ġejjin, mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2018. Matul dan il-perjodu, il-Kunsill ser jiġi ppresedut suċċessivament u b’rotazzjoni ta’ sitt xhur mill-Presidenza Estonjana, Bulgara u dik Awstrijaka. Il-programm ta’ ħidma għandu l-għan li jindirizza l-isfidi reċenti, isaħħaħ il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea, iqarribha lejn iċ-ċittadini u jissimplifika l-ħajja u n-negozju permezz ta’ riżultati tanġibbli. Jidentifika l-ħames oqsma ta' prijorità li ġejjin:

  • Impjiegi, tkabbir u kompetittività
  • Il-protezzjoni taċ-ċittadini
  • Unjoni tal-enerġija u politika dwar il-klima orjentata lejn il-futur
  • Libertà, sigurtà u ġustizzja
  • L-UE bħala attur globali b'saħħtu

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025