- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali (art. 50), 20/06/2017, 20 ta' Ġunju 2017
Riżultati ewlenin
Brexit
Il-Kunsill, fil-format UE27, ġie infurmat mill-Kummissjoni dwar l-ewwel ċiklu ta’ negozjati dwar il-Brexit mar-Renju Unit li sar fi Brussell il-jum ta' qabel. Il-ministri ħejjew għall-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) tat-22 ta’ Ġunju 2017 billi ddiskutew l-istat tat-taħditiet dwar il-Brexit u t-triq 'il quddiem.
Qed nibdew dawn in-negozjati b’rieda tajba u bl-għan ċar li jintlaħaq ftehim. Għal dan, ma għandniex ħin x’nitilfu. Hija aħbar tajba li lħaqna qbil mar-Renju Unit dwar kif norganizzaw id-diskussjonijiet tagħna. Konna wkoll ċari ħafna dwar il-pożizzjoni tagħna. Issa nittamaw li r-Renju Unit ukoll jiġi mal-mejda tan-negozjati b'ideat ċari u realistiċi.
Helena Dalli, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ta’ Malta
Aġenziji tal-UE
Fil-marġni tal-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri tal-UE27 iddiskutew il-proċedura għad-deċiżjoni dwar ir-rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE li attwalment jinsabu fir-Renju Unit: l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).
Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker issuġġerew proċedura speċifika lill-istati membri. Din tikkonsisti f’sejħa għal offerti mingħand l-istati membri, valutazzjoni mill-Kummissjoni bbażata fuq kriterji oġġettivi, u deċiżjoni finali mis-27 stat membru permezz ta’ vot fil-ħarifa tal-2017.
Il-mexxejja tal-UE27 huma mistennija japprovaw il-proċedura fil-marġni tal-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) fit-22 ta’ Ġunju.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ester Arauzo-Azofra Uffiċjal tal-istampa
- +32 2 281 53 61
- +32 473 63 07 23
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024