- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50), 29/01/2018, 29 ta' Jannar 2018
Riżultati ewlenin
Perjodu ta' transizzjoni wara l-Brexit: direttivi ta' negozjati
Il-ministri tal-UE27 adottaw sett ġdid ta' direttivi ta' negozjati għan-negozjati tal-Brexit, li jagħti dettalji dwar il-pożizzjoni tal-UE27 dwar il-perjodu ta' transizzjoni. Skont il-pożizzjoni tal-UE, matul il-perjodu ta' transizzjoni l-acquis kollu tal-UE ser ikompli japplika għar-Renju Unit daqs li kieku kien stat membru. Madankollu, ir-Renju Unit, peress li diġà jkun pajjiż terz, mhux ser jipparteċipa aktar fl-istituzzjonijiet u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. Dawn id-direttivi ta' negozjati jipprovdu mandat lill-Kummissjoni, bħala n-negozjatur tal-UE, biex tiftaħ negozjati mar-Renju Unit dwar din il-kwistjoni.
Is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-Brexit
Il-Kunsill ġie infurmat min-negozjatur ewlieni Michel Barnier dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mar-Renju Unit. Michel Barnier aġġorna lill-ministri dwar l-oqsma ta' ħidma differenti ta' din it-tieni fażi, fejn ser jiġu diskussi t-transizzjoni u l-qafas tar-relazzjonijiet futuri waqt li qed tiġi konkluża l-ħidma dwar il-kwistjonijiet tal-ħruġ.
Ninsabu lkoll kuntenti li nistgħu nibdew niddiskutu t-transizzjoni mar-Renju Unit. Madanakollu, ma rridux ninsew l-hekk imsejħa "kwistjonijiet tal-ħruġ". Huwa essenzjali u urġenti li din il-ħidma titlesta. U naturalment l-impenji kollha li ttieħdu f'Diċembru jeħtieġ li jiġu rispettati bis-sħiħ u mniżżlin f'test legali. Dan hu essenzjali biex isir progress fin-negozjati. Il-Viċi Prim Ministru Bulgara Ekaterina Zaharieva
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ester Arauzo-Azofra Uffiċjal tal-istampa
- +32 2 281 53 61
- +32 473 63 07 23
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024