Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 12/12/2017, 12 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew ta' Diċembru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta’ Diċembru 2017 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet. Fil-laqgħa tagħhom, il-mexxejja tal-UE ser jiffokaw fuq:

  • id-difiża, fejn mistennija jilqgħu t-tnedija tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u jirrieżaminaw il-progress f’oqsma oħra, b’mod partikolari l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO.
  • kwistjonijiet soċjali, l-edukazzjoni u l-kultura, billi jadottaw konklużjonijiet li jibnu fuq id-diskussjonijiet li saru fis-Summit Soċjali f’Gothenburg u fid-dibattitu dwar l-Aġenda tal-Mexxejja dwar il-kultura u l-edukazzjoni.
  • ir-relazzjonijiet esterni, billi jindirizzaw l-aħħar żviluppi fil-politika barranija.
  • il-migrazzjoni, billi bħala parti mill-Aġenda tal-Mexxejja jkollhom dibattitu dwar it-triq ‘il quddiem f’dan il-qasam.

Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu għan-negozjati dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) li ser jappoġġa l-kapaċità għall-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża.

Is-sigurtà Ewropea hija prijorità ewlenija għaċ-ċittadini tagħna. Bi qbil ma’ dan issa hemm żieda reali fil-kooperazzjoni għad-difiża fost il-membri tal-UE. Il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija ser jagħmel l-industrija tad-difiża tagħna aktar kompetittiva u innovattiva. Dan huwa kruċjali kemm għas-sigurtà taċ-ċittadini tagħna kif ukoll għall-vijabbiltà tal-industrija tagħna. Jüri Luik, Ministru għad-Difiża tal-Estonja

Prijoritajiet tal-UE għall-2018-2019

Il-Kunsill approva l-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2018-2019, li jiffokaw fuq seba’ oqsma ewlenin:

  • is‑sigurtà
  • il-migrazzjoni
  • l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment
  • Ewropa soċjali
  • is-suq uniku diġitali
  • l-enerġija u l-klima
  • il-leġittimità demokratika
Dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE baqgħalhom madwar 18-il xahar għall-elezzjonijiet Ewropej biex iwettqu l-aġenda pożittiva tagħna għaċ-ċittadini. Ftehim fuq sett komuni ta’ prijoritajiet ser jippermettilna nikkooperaw aktar mill-qrib. L-għan tagħna huwa li niksbu riżultati reali, li juru li l-UE tista’ ġġib magħha valur miżjud b’mod verament prattiku. Sven Mikser, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Estonja

Pjan ta’ azzjoni dwar iċ-ċibersigurtà

Il-Kunsill adotta pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-bini ta' ċibersigurtà b’saħħitha għall-UE

Il-konklużjonijiet kienu adottati mill-Kunsill fl-20 ta’ Novembru 2017. Huma jappellaw għat-tisħiħ fiċ-ċibersigurtà Ewropea u għaż-żieda fir-reżiljenza ċibernetika madwar l-UE kollha, f’konformità mal-istruzzjonijiet mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2017.

Tkabbir

Fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, il-Presidenza stiednet lill-pajjiżi kandidati għal ikla ta’ nofsinhar informali mal-Istati Membri u l-Kummissarju Hahn biex issir diskussjoni ġenerali dwar is-sitwazzjoni attwali u l-perspettivi għall-2018.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025