Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50), 12/12/2017, 12 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill, fil-format UE27, ġie infurmat mill-Kap Negozjatur tal-UE għall-Brexit, Michel Barnier, dwar l-istat attwali tan-negozjati mar-Renju Unit. Il-ministri ħadu nota tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-progress li sar fl-ewwel fażi tan-negozjati, kif rifless fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni u r-rapport konġunt min-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE issa ser jiddeċiedu jekk sarx biżżejjed progress biex jgħaddu għat-tieni fażi.

Il-ministri mbagħad iffinalizzaw it-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) tal-15 ta' Diċembru 2017 b'diskussjoni dwar l-abbozz ta' linji gwida għal aktar negozjati mar-Renju Unit.

Il-ftehim tal-Ġimgħa li għaddiet huwa stadju essenzjali fin-negozjati dwar il-Brexit. Huwa jagħti ċertezza lil 4,5 miljun ċittadin, iħallina nsibu soluzzjonijiet għall-kwistjoni tal-fruntiera Irlandiża u jiċċara l-finanzjament tal-impenji komuni li ħadna mar-Renju Unit. Huwa fl-istess ħin importanti li jiġi nnutat li kull progress ieħor jitlob rispett sħiħ tal-impenji fl-ewwel fażi. Sven Mikser, Ministru Estonjan għall-Affarijiet Barranin

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024