"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 27/02/2018, 27 ta' Frar 2018

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew ta’ Marzu

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta' Marzu 2017 billi ddiskuta abbozz ta' aġenda annotata. Il-laqgħa ser tiffoka fuq miżuri biex isaħħu t-tkabbir, joħolqu impjiegi ġodda u jtejbu l-kompetittività.

Il-Kunsill Ewropew mistenni jadotta konklużjonijiet li jindirizzaw:

  • il-progress li sar fl-iżvilupp ulterjuri tas-suq uniku, is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Unjoni tal-Enerġija
  • is-Semestru Ewropew 2018
  • kwistjonijiet soċjali, bħall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-proposta dwar Awtorità Ewropea tax-Xogħol li ser tintbagħat dalwaqt mill-Kummissjoni
  • (possibbli) il-kummerċ

Ser jadotta wkoll konklużjonijiet proċedurali dwar is-Summit UE-Balkani tal-Punent li ser isir dalwaqt.

Bħala parti mill-Aġenda tal-Mexxejja, il-kapijiet ser ikollhom dibattitu dwar it-tassazzjoni, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali.

L-istat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kummissjoni ppreżentat l-proposta motivata tagħha skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja.

Il-preżentazzjoni tagħmel parti mill-ewwel fażi tal-proċedura skont l-Artikolu 7(1) TUE. Parallelament, il-Kummissjoni tinsab fi djalogu mal-awtoritajiet Pollakki u ħarġet rakkomandazzjonijiet sabiex huma jieħdu azzjoni dwarhom sal-20 ta' Marzu.

Il-passi li jmiss fil-proċedura jiddependu mir-riżultati ta' dan il-djalogu. Il-Kunsill ser jerġa' lura għal din il-kwistjoni aktar 'il quddiem.

Inħeġġu li jitkompla d-djalogu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Polonja. Riżultat pożittiv jgħin lill-Unjoni tiffoka fuq l-aġenda li għandna bżonn immexxu 'l quddiem fl-2018. Ekaterina Zaharieva, Viċi Prim Ministru tal-Bulgarija

Imblukkar ġeografiku

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni regolament biex jipprojbixxi l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat fis-suq intern.

L-imblukkar ġeografiku huwa prattika diskriminatorja li tipprevjeni lill-klijenti online milli jaċċedu għal u jixtru prodotti jew servizzi minn sit web ibbażat fi stat membru ieħor. Il-liġi l-ġdida ser tneħħi l-ostakli għall-kummerċ elettroniku billi tiġi evitata d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta’ stabbiliment tal-klijenti.

It-tmiem tal-imblukkar ġeografiku tfisser għażla akbar u konsegwentement prezzijiet aħjar għall-konsumaturi u aktar opportunitajiet għan-negozji. Il-Presidenza Bulgara tagħti importanza kbira lill-ekonomija diġitali. Nixtieq nikkumplimenta lill-presidenzi preċedenti, lill-Parlament u lill-Kummissjoni għas-suċċess kollettiv billi mexxew ‘il quddiem is-Suq Uniku Diġitali Ewropew. Lilyana Pavlova, Ministru għall-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-UE

Sistema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet

Il-Kunsill approva mingħajr diskussjoni r-riforma tas-sistema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet (ETS) għall-perjodu wara l-2020.

Id-direttiva ETS riveduta hija pass sinifikanti biex l-UE tilħaq il-mira tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra b'mill-inqas 40% sal-2030, kif miftiehem fil-qafas tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030, u tirrispetta l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

Bħala Presidenza ser naħdmu biex inżommu r-rwol ewlieni tal-UE fin-negozjati dwar il-konklużjoni tar-regoli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra mhux biss ser jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima iżda ser ikollu wkoll impatt pożittiv fuq it-titjib tal-kwalità tal-arja. Il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej hija waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Bulgara. Neno Dimov, il-Ministru għall-Ambjent u l-Ilma tal-Bulgarija

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025