Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 20/03/2018, 20 ta' Marzu 2018

Riżultati prinċipali

Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Marzu billi ddiskuta l-abbozz tal-konklużjonijiet.

Il-Kunsill Ewropew ser jiffoka fuq:

  • impjiegi, tkabbir u kompetittività: Il-mexxejja tal-UE ser jadottaw konklużjonijiet dwar is-suq uniku, is-Semestru Ewropew 2018 u kwistjonijiet soċjali, b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-inizjattivi ppreżentati mill-Kummissjoni taħt il-pakkett dwar il-ġustizzja soċjali
  • kummerċ: il-Kunsill Ewropew ser jindirizza s-sitwazzjoni attwali fi kwistjonijiet kummerċjali
  • relazzjonijiet esterni: fl-isfond tal-Istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-Balkani tal-Punent, il-Kunsill Ewropew ser jadotta konklużjonijiet dwar il-Balkani tal-Punent bi tħejjija għas-summit ta' Mejju f'Sofija; il-mexxejja huma mistennija wkoll jiddiskutu l-iżviluppi reċenti fir-relazzjonijiet mat-Turkija, kif ukoll l-attakk reċenti fir-Renju Unit fuq Sergei u Yulia Skripal
  • tassazzjoni: bħala parti mill-Aġenda tal-Mexxejja, il-mexxejja tal-UE ser ikollhom dibattitu dwar it-tassazzjoni, b'mod partikolari fl-ekonomija diġitali

Semestru Ewropew

Il-Kunsill eżamina rapport tal-presidenza li jippreżenta fil-qasir il-kontributi tal-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-pakkett tas-semestru Ewropew 2018. L-ekonomija Ewropea qed tkompli tissaħħaħ hekk kif tkompli t-transizzjoni minn irkupru ekonomiku għal espansjoni ekonomika. Minkejja dan xorta għadu essenzjali li tittieħed azzjoni ulterjuri biex jinħolqu l-impjiegi u jinkiseb tkabbir sostenibbli fit-tul.

Il-Kunsill qabel ukoll li jippreżenta abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill Ewropew fejn l-istati membri taż-żona tal-euro jiġu mistiedna jimplimentaw politiki li jkollhom l-għan li jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-2018-2019.

Stat tad-dritt

Taħt affarijiet oħra, il-Kummissjoni aġġornat lill-Kunsill dwar id-djalogu tagħha mal-awtoritajiet Pollakki dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja.

Qorti multilaterali tal-investiment

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni d-direttivi ta’ negozjati li jawtorizzaw lill-Kummissjoni tinnegozja, f’isem l-UE, konvenzjoni li tistabbilixxi qorti multilaterali għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar l-investiment. Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jagħmel pubbliċi d-direttivi ta' negozjati.

Data għall-elezzjonijiet tal-PE fl-2019

Il-Kunsill iddeċieda mingħajr diskussjoni li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar l-istipular tat-23-26 ta' Mejju bħala d-dati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025