- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50), 20/07/2018, 20 ta' Lulju 2018
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill, fil-format ta' UE27, ġie mgħarraf mill-kap negozjatur tal-UE għall-Brexit Michel Barnier dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar il-Brexit. Il-kap negozjatur informa lill-ministri dwar fejn jinsabu n-negozjati rigward:
- il-ħidma biex jiġi finalizzat il-ftehim dwar il-ħruġ, inkluż is-soluzzjoni ta' kontinġenza għall-fruntiera bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq
- id-diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit.
Ser ikollna biss ftehim dwar il-ħruġ jekk it-test legali jkun maqbul fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha. Dan jinkludi l-kontinġenza għall-Irlanda ta' Fuq. F'dan il-kuntest irridu nfakkru li l-impenji kollha meħuda s'issa għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ. Il-ftehim dwar il-ħruġ irid jiġi konkluż malajr kemm jista' jkun. Trid titħaffef ukoll il-ħidma bil-ħsieb tat-tħejjija ta' dikjarazzjoni politika dwar il-qafas għar-relazzjonijiet futuri. Barra minn hekk irridu nintensifikaw il-ħidma tagħna dwar it-tħejjija f'każ li ma jkollniex qbil. L-unità tal-UE27 tibqa' kruċjali. Gernot Blümel, ministru Awstrijak u president tal-laqgħa
Dwar ir-relazzjonijiet futuri, il-Kunsill iddiskuta kif id-dokument ta' politika ppubblikat mill-gvern tar-Renju Unit fit-12 ta' Lulju 2018 jista' jikkontribwixxi għad-diskussjonijiet. Fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, in-negozjatur ser jesplora l-bażi komuni bejn il-pożizzjonijiet tal-UE u tar-Renju Unit dwar il-qafas għar-relazzjonijiet futuri. L-għan hu li jintlaħaq qbil dwar dikjarazzjoni politika konġunta li ser takkumpanja l-ftehim dwar il-ħruġ u li ser tissemma fih. In-negozjatur tal-UE ser jirrapporta lura dwar din il-kwistjoni fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Artikolu 50) f'Settembru 2018.
Il-kap negozjatur ippreżenta wkoll lill-ministri l-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-istat ta' tħejjija. Il-ministri tennew li l-ħidma fuq l-istat ta' tħejjija għandha tiġi intensifikata fil-livelli kollha biex l-UE27 tkun lesta għal kwalunkwe eżitu possibbli.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024