"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 26/06/2018, 26 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Tkabbir

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-politika ta' tkabbir tal-UE u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni.

Il-konklużjonijiet jirriaffermaw l-impenn tal-UE favur il-proċess tat-tkabbir u favur il-prospettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent.

Il-Kunsill qabel li jirrispondi b'mod pożittiv għall-progress li sar mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mill-Albanija, u stabbilixxa t-triq lejn il-ftuħ ta' negozjati dwar l-adeżjoni maż-żewġ pajjiżi f'Ġunju 2019.

Dan huwa jum importanti għall-Albanija u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u għall-Balkani tal-Punent kollha kemm hi. L-istati membri taw sinjal ċar li l-isforzi għal riformi u t-trawwim tar-rikonċiljazzjoni, relazzjonijiet tajba mal-ġirien u djalogu politiku biex jiġu solvuti kwistjonijiet li ilhom pendenti taw riżultat. Dawn huma ta' benefiċċju dirett għall-pajjiżi stess, u ta' valur usa' biex jitressqu eqreb tal-UE. Din hija kisba maġġuri hekk kif nersqu lejn tmiem il-Presidenza tagħna, peress li l-prospettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent kienet prijorità għolja għalina. Ekaterina Zaharieva, viċi prim ministru għar-riforma ġudizzjarja u ministru għall-affarijiet barranin tal-Bulgarija

Kunsill Ewropew ta' Ġunju

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2018 billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet.

F'din il-laqgħa l-mexxejja tal-UE mistennija:

  • jiddiskutu l-politika tal-migrazzjoni tal-UE u l-kummerċ
  • jindirizza għadd ta' kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà u d-difiża
  • jadotta konklużjonijiet dwar it-taxxa, l-innovazzjoni u kwistjonijiet diġitali
  • jiddeċiedi dwar it-trattament futur tal-qafas finanzjarju pluriennali, inkluż skeda ta' żmien
  • jindirizza l-iżviluppi l-aktar reċenti tal-politika barranija
  • japprova rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiżi skont is-Semestru Ewropew
  • jadotta deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

L-istat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kunsill ser ikollu wkoll seduta skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja.

Is-seduta offriet possibbiltà għall-ministri li jkollhom skambju approfondit mal-Polonja dwar it-tħassib identifikat fil-proposta raġunata tal-Kummissjoni.

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Matul l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew il-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021–2027 mal-Kummissarju Oettinger.

Sikurezza tal-avjazzjoni

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni r-regoli aġġornati dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, li jinkludu mandat rivedut għall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-ewwel regoli li qatt saru għall-UE kollha għad-droni ċivili.

Dawn ir-regoli ser jiżguraw li l-avjazzjoni tibqa' sikura anke meta l-ajru tagħna isir dejjem aktar traffikuż. Ivaylo Moskovski, ministru għat-trasport, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Bulgarija

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Il-Kunsill qabel mingħajr diskussjoni dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu fuq reviżjoni proposta tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. L-għan tar-regoli ġodda huwa li tiġi ffaċilitata t-tnedija u l-appoġġ ta' inizjattivi u li jiżdied l-impatt tagħhom.

Iċ-ċittadini għandhom ikun kapaċi jsemmgħu leħinhom u jiġbdu l-attenzjoni ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE għal kwistjonijiet li huma għal qalbhom. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej toffri l-opportunità lil kulħadd biex jagħmel differenza. L-istati membri huma determinati li jiżguraw li din l-għodda importanti tkun sempliċi biex tintuża u effettiva. Ekaterina Zaharieva, viċi prim ministru għar-riforma ġudizzjarja u ministru għall-affarijiet barranin tal-Bulgarija

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025