- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 24 ta' Ġunju 2014
Status ta' kandidat tal-UE għall-Albanija
Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali fil-laqgħa tal-24 ta' Ġunju ta l-istatus ta' kandidat tal-UE lill-Albanija, u adotta l-istrateġija marittima tal-UE u l-klawżola ta' solidarjetà. Il-Ministri ttrattaw ukoll it-tħejjijiet għas-summit tal-Kunsill Ewropew li jmiss.
Il-Kunsill iddeċieda li jagħti l-istatus ta' kandidat lill-Albanija. Id-deċiżjoni issa hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew. Il-Kunsill ħeġġeġ ukoll lill-pajjiż tal-Balkani tal-Punent biex iżid il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u biex jagħmel iktar biex itaffi l-pressjonijiet tal-immigrazzjoni fuq l-Unjoni.
Il-Ministri għamlu wkoll tħejjijiet għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew, li ser issir fis-26 u s-27 ta’ Ġunju.
Fis-26 ta’ Ġunju, il-mexxejja tal-UE ser ifakkru l-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija b’ċerimonja u ikla fil-belt ta’ Ypres. Waqt l-ikla huma mistennija jiffokaw id-diskussjoni tagħhom fuq il-futur tal-UE, il-prijoritajiet u l-għan tagħha fis-snin li ġejjin.
Lura fi Brussell fis-27 ta' Ġunju, il-mexxejja tal-UE ser jiddibattu:
- linji gwida strateġiċi għall-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u xi kwistjonijiet relatati bħall-protezzjoni tad-data u l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE
- tkabbir, kompetittività u impjiegi, l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi marbuta mas-Semestru Ewropew 2014
- suġġetti dwar il-klima u l-enerġija. Il-mexxejja ser jiddiskutu wkoll il-komunikazzjoni reċenti dwar Strateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija li turi l-progress li għandu jsir u kif ser titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi terzi għall-provvista tal-enerġija
Kwistjonijiet speċifiċi dwar relazzjonijiet esterni, speċjalment ir-relazzjonijiet mal-Ukraina u r-Russja u sħab oħra tal-lvant ser ikunu wkoll fuq nett tal-aġenda tal-Kunsill Ewropew.
Il-mexxejja ser jiffirmaw il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova, il-Ġeorġja u l-Ukraina, u jifirħu lil-Litwanja talli laħqet l-kriterji ta' konverġenza biex tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2015.
Huma ser jikkunsidraw ukoll l-iżviluppi dwar in-nomina tal-president li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Strateġija Marittima tal-UE
Il-Kunsill adotta strateġija li tipprovdi l-qafas politiku u strateġiku sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà marittima.
Implimentazzjoni tal-Klawżola ta' Solidarjetà mill-Unjoni
Il-Ministri adottaw deċiżjoni dwar il-klawżola ta' solidarjetà li tipprovdi assistenza tal-UE lil kwalunkwe stat membru li jiffaċċja sitwazzjoni ta' kriżi ta' daqs kbir bħal attakk terroristiku, diżastri naturali jew ikkawżat mill-bniedem. Il-mekkaniżmu huwa mfassal biex jiżgura rispons politiku tal-UE rapidu u koordinat u mobilizzazzjoni rapida tal-istrutturi kollha rilevanti tal-UE għal dawn il-katastrofi.
Strateġija tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Jonju
Il-Ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar strateġija makroreġjonali li tiġbor flimkien 8 pajjiżi tar-reġjun biex jixprunaw il-kooperazzjoni għal aktar tkabbir u impjiegi.
Programm ta' 18-il xahar tal-Kunsill
Il-Kunsill approva l-programm imfassal mit-triju ta' presidenzi li ġej (l-Italja, il-Latvja u l-Lussemburgu) li jistabbilixxi l-attivitajiet tal-Kunsill għat-18-il xahar li ġejjin.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025