"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 24/06/2016, 24 ta' Ġunju 2016

Riżultati ewlenin

Li għandna nagħmlu hu, li nikkunsidraw it-tħassib reali taċ-ċittadini, bħall-impjiegi, is-sigurtà u l-migrazzjoni, u mhux inkomplu qisu qatt ma ġara xejn Bert Koenders, il-Ministru Netherlandiż għall-Affarijiet Barranin u President tal-Kunsill

Ir-referendum fir-Renju Unit

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit bħala parti mit-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Ġunju. "Jiddispjaċina għad-deċiżjoni tar-Renju Unit iżda nirrispettawha. Fl-istess ħin l-UE trid tkun determinata. L-integrità tal-Unjoni Ewropea u s-solidarjetà tagħna huma importanti. Li għandna nagħmlu hu, li nikkunsidraw it-tħassib reali taċ-ċittadini, bħall-impjiegi, is-sigurtà u l-migrazzjoni, u mhux inkomplu qisu qatt ma ġara xejn", qal Bert Koenders, il-Ministru Netherlandiż għall-Affarijiet Barranin u President tal-Kunsill.

Il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill iffinalizza wkoll it-tħejjijiet għall-punti l-oħra fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew bl-eżami tal-abbozz ta' konklużjonijiet. F'dik il-laqgħa tat-28 u d-29 ta' Ġunju l-mexxejja tal-UE ser jerġgħu lura għall-kwistjoni tal-migrazzjoni u jikkonċentraw fuq l-aspetti esterni u fuq il-qafas ġdid ta' sħubija mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu. Ser jiddiskutu wkoll kif jagħtu spinta politika ġdida lis-suq uniku kif ukoll iqisu l-ewwel riżultati tal-fond Ewropew għall-investimenti strateġiċi u tal-azzjoni li għaddejja biex jiġu ttrattati l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. Il-mexxejja tal-UE mistennija wkoll ikollhom preżentazzjoni tal-Istrateġija Globali Ewropea dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà u jiddiskutu l-kooperazzjoni UE-NATO.

Prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017 u trasparenza

Il-ministri niedu ċ-ċirku annwali tal-programmazzjoni leġislattiva bi skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017. Dan jagħti kontribut bikri għall-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għas-sena d-dieħla. Bħala parti mill-ftehim ġdid dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew qabel ma tadotta l-programm ta' ħidma annwali tagħha u tqis il-fehmiet tagħhom. Il-ministri ddiskutew ukoll il-progress fit-titjib tat-trasparenza fil-ħidma leġislattiva tal-UE, bħal permezz ta' bażi ta' data dwar l-istat attwali tal-fajls leġislattivi.

Semestru Ewropew

Il-ministri approvaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u bagħtuhom lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni. "Hu importanti li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jiġu implimentati bis-sħiħ mill-istati membri. L-amministrazzjonijiet pubbliċi ta' kwalità għolja għandhom ukoll rwol importanti x'jaqdu f'dan il-proċess, bil-għan b'mod partikolari li jkun hemm tkabbir inklużiv u ħafna integrità pubblika. Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali għandu jkompli jiddiskuti l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi bħala kwistjoni trasversali sabiex ikun hemm governanza aħjar fl-UE u l-istati membri tagħha", qal Bert Koenders.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025