"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 18/10/2016, 18 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Rieżami ta’ nofs it-terminu tal-QFP

Il-Kunsill kompla bil-ħidma tiegħu dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas baġitarju pluriennali tal-UE għall-2014-2020. Il-ministri ddiskutew l-għodod proposti mill-Kummissjoni u rriflettew dwar l-aħjar bilanċ bejn il-prevedibbiltà u l-flessibbiltà fil-qafas baġitarju. Huma kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar jekk il-prudenza baġitarja hijiex kompatibbli mas-soluzzjonijiet ġodda biex jiġu akkomodati ħtiġijiet ġodda. Il-Kunsill ser jirritorna għal dan il-fajl f’Novembru.

“Meta nitkellmu dwar flus, m’hemmx għażliet faċli. Smajt xi messaġġi politiċi importanti mingħand il-ministri biex jiggwidaw aktar il-ħidma teknika tagħna. Ser nagħmlu ħilitna kollha biex nilħqu ftehim politiku dwar dan il-fajl kumpless u impenjattiv sal-aħħar tas-sena.”

Miroslav Lajčák, il-Ministru Slovakk għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u President tal-Kunsill

Tħejjija għall-Kunsill Ewropew ta' Ottubru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Ottubru billi eżamina l-abbozz ta’ konklużjonijiet. Fil-laqgħa tagħhom tal-20 u l-21 ta’ Ottubru, il-mexxejja tal-UE ser jiffokaw fuq tliet suġġetti: il-migrazzjoni, il-kummerċ u r-Russja. Fir-rigward tal-migrazzjoni, il-Kunsill Ewropew ser jevalwa l-miżuri meħuda biex jitnaqqsu l-flussi migratorji matul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija biex jiġu appoġġjati l-pajjiżi tar-rotta tal-Balkani tal-Punent. Dwar il-kummerċ, il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu kif jiġi żgurat li l-politika kummerċjali tal-UE tibbenefika minn swieq miftuħa filwaqt li jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini. Dwar ir-Russja, il-Kunsill Ewropew ser ikollu diskussjoni komprensiva dwar ir-relazzjonijiet li l-UE għandha ma’ dan il-pajjiż.

“Il-Prim Ministru Slovakk, Robert Fico, ser jirrapporta wkoll dwar il-progress li sar biex jimmaterjalizzaw l-impenji tagħna li għamilna fis-summit ta’ Bratislava. Pereżempju, l-UE rrispondiet b’mod rapidu rigward l-assistenza lill-Bulgarija fil-qasam tal-migrazzjoni u dwar il-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima. Għandna nużaw dawn bħala eżempji ta' modi oħra biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini tagħna fl-UE.”

Miroslav Lajčák, il-Ministru Slovakk għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u President tal-Kunsill

Ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet

Il-Kunsill evalwa l-progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet. F’konformità ma’ dan il-ftehim, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni ser jiftiehmu dwar prijoritajiet ewlenin komuni għall-2017 qabel tmiem din is-sena. Dan ser jippermettilhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex jindirizzaw l-isfidi l-kbar li hemm quddiemhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025