Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali dwar il-koeżjoni, 12/04/2018, 12 ta' April 2018

Riżultati ewlenin

Il-futur tal-politika ta' koeżjoni

Il-Kunsill iddiskuta l-futur tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020.

Il-ministri ffokaw fuq għadd ta' kwistjonijiet politiċi ewlenin inkluż dawn li ġejjin:

  • Il-prijoritajiet għall-politika ta’ koeżjoni matul il-perjodu ta' programmar li jmiss
  • It-tip ta' reġjuni li għandhom jiġu koperti, il-kategoriji tar-reġjuni u r-rati tal-kofinanzjament
  • Modi ta' kif il-politika ta’ koeżjoni tista' ssir aktar effettiva u kif tista' titħaffef l-implimentazzjoni tagħha

Id-dibattitu ser jikkontribwixxi għat-tħejjijiet tal-Kummissjoni għall-proposti tagħha rigward il-pakkett leġislattiv għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2020.

Id-dibattitu dwar il-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 huwa parti essenzjali tad-dibattitu ġenerali dwar il-futur tal-Ewropa. L-istabbiliment ta' rabta bejn it-tnejn huwa importanti ħafna - ma nistgħux niddeċiedu kif ser nallokaw il-flus għall-koeżjoni mingħajr ma l-ewwel inkunu ddefinixxejna l-prijoritajiet tagħna - mingħajr ma nkunu prevedejna x'tip ta' Ewropa rridu li jkollna fi żmien għaxar snin jew, forsi wkoll l-Ewropa li rridu għat-tfal tagħna u għat-tfal tagħhom. Tomislav Donchev, Viċi Prim Ministru tal-Bulgarija

Komunikazzjoni tal-politika ta' koeżjoni

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar l-attivitajiet li twettqu reċentement biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni tal-kisbiet u l-benefiċċji tal-politika ta’ koeżjoni.

Is-sena li għaddiet l-istati membri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-intensifikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni bħala parti mill-isforzi biex l-UE tersaq aktar qrib iċ-ċittadini. Il-Kummissjoni pproponiet għadd ta' inizjattivi, li għandhom jitmexxew 'il quddiem konġuntement mill-Kummissjoni, l-istati membri u partijiet ikkonċernati oħra, sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-politika ta’ koeżjoni għall-ħajja taċ-ċittadini. Dawn inkludew:

  • It-tnedija ta' alleanza ta' koeżjoni bħala inizjattiva ta' bażi b'appoġġ għall-politika ta’ koeżjoni
  • Esibizzjonijiet ta' ritratti li jenfasizzaw il-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni
  • Dibattiti dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni fil-livell reġjonali u lokali

Matul ix-xhur li għaddew kien hemm progress kontinwu fl-implimentazzjoni ta' dawn id-diversi inizjattivi.

Implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni konklużjonijiet dwar it-twettiq u l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020.

Il-konklużjonijiet jappellaw għal regoli aktar sempliċi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, responsabbiltà ikbar għall-istati membri fil-proċess tal-implimentazzjoni, u tħejjija bikrija tal-programmi l-ġodda sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel għall-perjodu ta' programmar li jmiss.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025