Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 17/04/2018, 17 ta' April 2018

Riżultati ewlenin

L-istat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni attwali rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi fid-djalogu tagħha mal-awtoritajiet Pollakki.

Il-Kunsill ser jerġa' lura għal din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu li jmiss.

Il-liġi elettorali tal-UE

Il-Kunsill iddiskuta l-emendi għall-Att Elettorali tal-1976 li jistipula għadd ta' regoli komuni dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Il-bidla ewlenija tikkonċerna l-introduzzjoni ta' limitu minimu obbligatorju ta' 2% sa 5% għal kostitwenzi b'aktar minn 35 siġġu fl-elezzjonijiet tal-PE. Din ir-regola tkun tapplika wkoll għall-istati membri b'kostitwenza waħda.

Il-Kunsill ser ikompli bl-isforzi biex jintlaħaq qbil dwar dan il-fajl mill-aktar fis possibbli.

Tkabbir

Il-ministri semgħu preżentazzjoni mill-Kummissjoni fuq il-pakkett il-ġdid tagħha dwar t-tkabbir.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025