"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 14/05/2018, 14 ta' Mejju 2018

Riżultati ewlenin

Qafas finanzjarju pluriennali għal wara l-2020

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposti tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2021 sa 2027, u l-ministri kellhom l-ewwel sessjoni ta' diskussjonijiet.

Il-baġit tal-UE hu pedament essenzjali għall-ġejjieni tal-Ewropa, u espressjoni tal-valuri u l-aspirazzjonijiet tagħna. Id-dibattitu tal-lum ta bidu għan-negozjati dwar il-QFP li jmiss, li ser jgħinna niggarantixxu Ewropa stabbli u sikura għall-ġid tagħna lkoll. Il-Presidenza Bulgara hi impenjata li tiżgura progress rapidu f'din il-kwistjoni importanti. Ekaterina Zaharieva, viċi prim ministru għar-riforma ġudizzjarja u ministru għall-affarijiet barranin tal-Bulgarija

Kunsill Ewropew ta’ Ġunju

Il-Kunsill beda t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, li ser issir fit-28 u d-29 ta' Ġunju, billi ddiskuta abbozz ta' aġenda annotata.

Fil-laqgħa tiegħu, il-Kunsill Ewropew mistenni

  • jipprova jilħaq kunsens dwar il-migrazzjoni
  • jindirizza għadd ta' kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà u d-difiża
  • jikkonkludi s-Semestru Ewropew tal-2018
  • jadotta konklużjonijiet dwar it-tassazzjoni, u dwar l-innovazzjoni u kwistjonijiet diġitali, bħala parti mis-segwitu għad-dibattiti tal-mexxejja dwar dawn is-suġġetti
  • ikollu l-ewwel skambju ta' fehmiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u jiddeċiedi dwar il-kronoloġija biex jitlestew in-negozjati

L-istat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni b'rabta mal-istat tad-dritt fil-Polonja.

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi fid-djalogu tagħha mal-awtoritajiet Pollakki.

Il-Kunsill ser jerġa' lura għal din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu li jmiss.

Azzjoni dwar il-klima u enerġija nadifa

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni erba' atti leġislattivi dwar

  • "il-qsim tal-isforz" tal-emissjonijiet
  • l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija
  • ir-rappurtar ambjentali
  • ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Dan il-pakkett leġislattiv jifforma parti mill-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 u tħares l-impenn tagħha fil-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima ta' tnaqqis ta' 40% fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-1990.

Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni direttiva li ssaħħaħ ir-regoli tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Dawn ir-regoli l-ġodda jwieġbu għall-ħtieġa għal aktar sigurtà fl-Ewropa billi jkomplu jneħħu l-mezzi disponibbli għat-terroristi. Ser jippermettulna nisfrattaw netwerks kriminali mingħajr ma nikkompromettu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ekonomiċi. Vladislav Goranov, ministru għall-finanzi tal-Bulgarija

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025