Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni), 30/11/2018, 30 ta' Novembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-politika ta' koeżjoni wara l-2020

Il-Kunsill iddiskuta l-pakkett leġislattiv għall-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2021-2027. Il-politika ta' koeżjoni hija l-politika ewlenija tal-UE għall-investiment fir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa biex jinħolqu l-impjiegi, jitnaqqsu d-diskrepanzi ekonomiċi u soċjali u jitjiebu l-ħajjiet tan-nies. Aktar minn terz tal-baġit tal-UE imur għall-politika ta' koeżjoni.

Il-ministri ffokaw fuq u taw gwida politika dwar tliet kwistjonijiet riflessi fid-dokument ta’ diskussjoni tal-presidenza. Il-maġġoranza tad-delegazzjonijiet appoġġaw is-suġġerimenti tal-presidenza dwar:

  • Ftehim ta' Sħubija obbligatorju
  • id-durata tal-programmazzjoni u n-natura tar-rieżami ta' nofs it-terminu
  • il-kooperazzjoni territorjali

Il-ministri ħadu nota wkoll tal-progress li sar fl-eżami tal-pakkett ta' ħames regolamenti:

  • ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni
  • ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni
  • ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus
  • il-Regolament dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg)
  • ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew

Il-gwida politika tagħhom ser isservi bħala bażi għal aktar ħidma fil-livell espert.

Il-presidenza Awstrijaka ħadmet b'mod intensiv fuq il-pakkett ta' koeżjoni, filwaqt li ffokat fuq l-elementi l-aktar meħtieġa biex l-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali jibdew iħejju għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss. Bi pjaċir ngħid li sar progress sostantiv f'din il-ħidma. Il-presidenza tibqa' impenjata li tavvanza d-diskussjonijiet b'ritmu mgħaġġel sabiex isir qbil dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fuq xi partijiet tal-pakkett sa tmiem il-mandat tagħna. Elisabeth Köstinger, Ministru Federali Awstrijak għas-Sostenibbiltà u t-Turiżmu u President tal-Kunsill
Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni) li sar fi Brussell fit-30 ta’ Novembru 2018
Il-ministri tal-UE jfasslu l-politika ta' koeżjoni wara l-2020

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025