"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 11/12/2018, 11 ta' Diċembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kwistjonijiet ewlenin li tressqu u l-iskeda ta' żmien għan-negozjati. Id-diskussjonijiet tagħhom ħadu kont ta' żewġ dokumenti mħejjija taħt ir-responsabbiltà tal-presidenza Awstrijaka - rapport ta' progress u abbozz ta' kaxxa ta' negozjar.

Il-kaxxa ta' negozjar hija għodda użata għall-istrutturar u l-faċilitazzjoni tal-proċess ta' negozjar dwar il-QFP. Tiġbor flimkien dawk l-elementi li l-aktar probabbli jirrikjedu gwida politika mill-mexxejja bil-ħsieb li l-Kunsill jilħaq il-pożizzjoni tiegħu. Hija tiġi diskussa u l-ħin kollu aġġornata hekk kif in-negozjati jimxu 'l quddiem.

Il-fatt li l-QFP ikun fuq kull aġenda tal-KAĠ ta l-frott: illum il-presidenza Awstrijaka ppreżentat rapport ta' progress tal-presidenza u abbozz ta' kaxxa ta' negozjar. Il-ministri kellhom dibattitu kostruttiv u kkondividew il-fehmiet tagħhom qabel l-ewwel dibattitu sostanzjali dwar il-QFP bejn il-mexxejja aktar tard din il-ġimgħa. Gernot Blümel, ministru federali għall-UE, l-arti, il-kultura u l-media tal-Awstrija

Kunsill Ewropew ta' Diċembru

Il-Kunsill iffinalizza t-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-13-14 ta' Diċembru billi ddiskuta l-abbozz ta' konklużjonijiet li jkopru:

  • il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
  • is-suq uniku
  • il-migrazzjoni
  • relazzjonijiet esterni
  • it-tibdil fil-klima
  • is-sigurtà u d-difiża
  • id-diżinformazzjoni
  • il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu, ir-razziżmu u l-ksenofobija
  • djalogi u konsultazzjonijiet taċ-ċittadini

Proċedimenti skont l-Artikolu 7

Il-Kunsill kellu seduta ta' smigħ skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-modalitajiet għas-seduta ta' smigħ kienu l-istess bħal dawk fil-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-26 ta' Ġunju u t-18 ta' Settembru 2018.

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-proċedura skont l-Artikolu 7(1) TUE dwar ir-rispett għall-valuri tal-UE fl-Ungerija.

Bħala parti minn din il-proċedura, il-Kunsill irċieva mill-Ungerija l-kontribut tagħha bil-miktub dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-Parlament. Il-Kummissjoni pprovdiet kontribut fattwali dwar il-proċeduri ta' ksur pendenti kontra l-Ungerija.

Il-programm tal-Kunsill għat-18-il xahar li ġejjin

Il-Kunsill approva l-programm ta' ħidma tiegħu għat-18-il xahar li ġejjin, mill-1 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020. Il-programm tħejja mill-Presidenzi li jmiss tar-Rumanija, il-Finlandja u l-Kroazja u r-Rappreżentant Għoli, President tal-Kunsill Affarijiet Barranin.

Fil-bidu tal-2019 il-prijorità ewlenija ser tkun il-finalizzazzjoni tal-fajls pendenti mill-Aġenda Strateġika attwali u b'mod partikolari dawk elenkati fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2018-19. Meta jibda ċ-ċiklu istituzzjonali l-ġdid, it-tliet presidenzi ser jorganizzaw il-ħidma fil-Kunsill skont il-prijoritajiet tal-Aġenda Strateġika li jmiss, li mistennija tiġi adottata fl-2019, u filwaqt li jittieħed kont tal-eżitu tas-summit ta' Sibiu.

Il-baġit tal-UE għall-2019

Il-Kunsill approva mingħajr diskussjoni l-qbil li ntlaħaq mal-Parlament Ewropew dwar il-baġit tal-UE għall-2019. L-impenji totali huma stabbiliti għal €165.8 biljun, li huwa żieda ta' 3.2 % meta mqabbel mal-2018. Il-pagamenti jammontaw għal €148.2 biljun, 2.4 % aktar mill-2018.

Dan huwa baġit solidu li jagħti spinta lill-appoġġ għall-prijoritajiet tal-UE, jiżgura valur miżjud Ewropew qawwi u jżomm marġini suffiċjenti fil-każ li jinqalgħu ħtiġijiet ġodda s-sena d-dieħla. Dan ser jgħin il-ġestjoni effettiva tal-migrazzjoni, jibbenifika lir-riċerkaturi u ż-żgħażagħ, u jappoġġa t-tkabbir ekonomiku madwar l-Ewropa. Hartwig Löger, ministru għall-finanzi tal-Awstrija u kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2019
Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali li sar fi Brussell fil-11 ta' Diċembru 2018.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025