- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 08/01/2019, 8 ta' Jannar 2019
Riżultati ewlenin
Il-prijoritajiet tal-presidenza Rumena
Il-Kunsill sema' preżentazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-presidenza Rumena.
Huma organizzati fuq il-bażi ta' erba' pilastri:
- Ewropa ta' konverġenza
- Ewropa aktar sikura
- L-Ewropa bħala attur globali aktar b'saħħtu
- Ewropa ta' valuri komuni
Jien onorat li qed nippresiedi l-Kunsill Affarijiet Ġenerali waqt l-ewwel Presidenza tal-Kunsill li qatt kienet f'idejn ir-Rumanija. Il-mandat tagħna ser iseħħ waqt semestru partikolarment dinamiku kkaratterizzat mill-Brexit, in-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-istadju aħħari tal-proċess ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, u l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. F'dan iż-żmien importanti, irridu nikkonċentraw fuq il-bini ta' UE aktar b'saħħitha u koeżiva. Aħna ddeterminati li l-ewwel Presidenza tagħna tal-Kunsill tkun suċċess. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija
Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
Il-ministri ġew infurmati dwar l-organizzazzjoni ta' diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 fix-xhur li ġejjin.
Fil-laqgħa tagħhom fit-13 u l-14 ta' Diċembru 2018, il-mexxejja tal-UE laqgħu l-ħidma intensiva ta' tħejjija li saret matul il-presidenza Awstrijaka. Talbu lill-presidenza Rumena tiżviluppa orjentazzjoni għall-istadju li jmiss tan-negozjati, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil fil-Kunsill Ewropew fil-ħarifa tal-2019.
Il-presidenza għarrfet lill-Kunsill li biħsiebha tissokta d-diskussjonijiet fil-livell tekniku u politiku bil-għan li jsir progress sostantiv kemm fuq l-istruttura kif ukoll fuq il-kontenut tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Fl-istess waqt ser tkompli ħidma intensiva fuq il-varji proposti settorjali.
Il-baġit tal-Ewropa jeħtieġ li jirrifletti t-tip ta' Ewropa li nixtiequ fil-ġejjieni. Hemm bżonn li niżguraw li r-riżultat ta' dawn in-negozjati jkun ibbilanċjat u jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ta' kuljum u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Ewropa. Aħna ddeterminati li nħejju l-bażi meħtieġa biex jiġi żgurat qbil fil-ħin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija
Azzjoni tal-UE kontra d-diżinformazzjoni
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif għandu jkun ir-rispons għad-diżinformazzjoni, filwaqt li qiesu b'mod partikolari l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin. Id-diskussjoni ssegwi għadd ta' inizjattivi reċenti biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni, kif ukoll appelli mill-Kunsill Ewropew għall-iżvilupp ta' rispons ikkoordinat.
Fil-laqgħa tagħhom fit-13 u l-14 ta' Diċembru 2018, il-mexxejja tal-UE appellaw għall-implimentazzjoni minnufih u kkoordinata tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt kontra d-diżinformazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli fil-5 ta' Diċembru 2018. Il-ministri ddiskutew liema elementi tal-Pjan ta' Azzjoni għandhom jiġu indirizzati bħala kwistjoni ta' prijorità, kif tista' tiġi żgurata koerenza bejn id-dimensjoni interna u dik esterna, u kif jiżdied l-għarfien pubbliku dwar il-kwistjoni.
Id-diżinformazzjoni saret waħda mill-isfidi ewlenin għad-demokraziji tagħna. Sabiex ikunu effettivi, huma meħtieġa sforzi konġunti li jinvolvu lill-UE, l-istati membri, pjattaformi online u s-soċjetà ċivili. Il-ħtieġa għal azzjoni hi partikolarment urġenti qabel l-elezzjonijiet għall-PE tal-2019, iżda jeħtieġ ukoll li niżviluppaw strateġija aktar fit-tul, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. George Ciamba, Ministru Delegat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija
- Pjan ta' Azzjoni kontra d-diżinformazzjoni (05/12/2018)
- L-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni online (Kummissjoni Ewropea)
Punti oħra
Il-Kunsill eżamina wkoll is-sitwazzjoni attwali tal-fajls leġislattivi bil-ħsieb tat-tmiem taċ-ċiklu leġislattiv.
Waqt il-pranzu informali l-ministri ddiskutew kif l-Ewropa tista' tiġi kkomunikata aħjar liċ-ċittadini.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025