- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 10/12/2019, 10 ta' Diċembru 2019
Riżultati ewlenin
Il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
Il-Kunsill organizza dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.
Il-ministri ddiskutew il-kaxxa ta' negozjar b'ċifri ppreżentata mill-presidenza Finlandiża qabel il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru. Il-presidenza pproponiet livell ġenerali ta' €1 087 biljun għall-perijodu 2021–2027, li jirrappreżenta 1.07 % tad-DNG tal-UE f' 27.
Il-proposta tal-Finlandja hija bbażata fuq konsultazzjonijiet mal-istati membri, kif ukoll fuq diskussjonijiet fil-Kunsill u fil-Kunsill Ewropew. Ippruvajna nagħmlu proposta bbilanċjata li tqis kemm il-prijoritajiet il-ġodda kif ukoll l-oqsma ta' politika tradizzjonali. Tintemm il-ħidma tal-presidenza tagħna dwar il-QFP, u l-President tal-Kunsill Ewropew issa ser ikun inkarigat min-negozjati. Tytti Tuppurainen, Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja
Il-kaxxa ta' negozjar tifforma l-bażi għall-istadju finali tan-negozjati dwar il-QFP. Din tinkludi l-elementi kollha li għandhom jingħataw gwida politika u l-istabbiliment tal-prijoritajiet mill-mexxejja tal-UE fil-livell tal-Kunsill Ewropew. Il-President tal-Kunsill Ewropew issa ser imexxi 'l quddiem in-negozjati bil-għan li jintlaħaq qbil finali.
Proċeduri tal-Artikolu 7
Bħala parti mill-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE, il-Kunsill kellu seduta dwar l-Ungerija. Is-seduta ffukat fuq l-indipendenza tal-ġudikatura, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà akkademika fl-Ungerija.
Il-presidenza għalqet is-seduta billi ppreżentat konklużjonijiet proċedurali. F'konformità mal-modalitajiet standard għas-seduti, l-ebda valutazzjoni dwar is-sustanza tal-kwistjonijiet ma tiġi inkluża f'dan l-istadju.
Il-Kunsill evalwa wkoll is-sitwazzjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi, inkluż is-sentenzi reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar ir-regoli Pollakki dwar l-età tal-irtirar tal-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi u l-Awla Dixxiplinari l-ġdida tal-Qorti Suprema Pollakka.
Kunsill Ewropew ta' Diċembru
Il-ministri komplew it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-12 u t-13 ta' Diċembru billi ddiskutew abbozz ta' konklużjonijiet.
F'konformità mal-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju u Ottubru, il-Kunsill Ewropew mistenni jerġa' lura għall-kwistjoni tat-tibdil fil-klima f'Diċembru . Il-mexxejja ser jiffukaw b'mod partikolari fuq il-mira li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Il-mexxejja mistennija wkoll ikollhom diskussjoni sostanzjali dwar il-QFP li jmiss wara l-preżentazzjoni mill-presidenza ta' Kaxxa ta' Negozjar biċ-ċifri.
Fid-dawl ta' li jkun għaddej, il-Kunsill Ewropew jista' jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta' politika barranija.
Ħidma leġislattiva
Il-Ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet għall-ħidma leġislattiva li jmiss taħt il-Kummissjoni l-ġdida. L-għan tad-diskussjoni kien li jingħata kontribut lill-Kummissjoni għat-tħejjija tal-programm ta' ħidma tagħha għall-2020 u għall-ippjanar pluriennali.
Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jipprevedi li kif tinħatar il-Kummissjoni l-ġdida, l-istituzzjonijiet tal-UE ser ikollhom skambju ta' fehmiet dwar l-objettivi u l-prijoritajiet prinċipali ta' politika għall-mandat il-ġdid. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, u skont il-każ, huma ser ifasslu konklużjonijiet konġunti li għandhom jiġu ffirmati mill-Presidenti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Parlament.
Il-ministri enfasizzaw għadd ta' prijoritajiet għall-perijodu 2019–2024, bħas-suq uniku, id-dimensjoni soċjali u l-istat tad-dritt.
Ġlieda kontra t-theddid ibridu
Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, konklużjonijiet li jistabbilixxu prijoritajiet u linji gwida għall-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra t-theddid ibridu u t-tisħiħ tar-reżiljenza, li jibnu fuq il-progress li sar f'dawn l-aħħar snin. Il-konklużjonijiet jappellaw għal approċċ komprensiv lejn is-sigurtà għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu, filwaqt li jkun hemm ħidma fis-setturi ta' politika rilevanti kollha b'mod aktar strateġiku, koordinat u koerenti.
Ninsabu kuntenti ħafna bl-impenn qawwi tal-istati membri li jkomplu bl-isforzi biex jiġġieldu t-theddid ibridu u jsaħħu r-reżiljenza. Tali miżuri huma vitali biex tinbena sigurtà komprensiva għaċ-ċittadini tagħna. Għalkemm ir-responsabbiltà primarja f'dan il-qasam hija f'idejn l-istati membri, qed inħabbtu wiċċna ma' theddid komuni. Huwa essenzjali li nżidu l-għarfien u nikkoordinaw l-isforzi tagħna fl-oqsma kollha ta' politika. Tytti Tuppurainen, Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Finlandja
Bożnija-Ħerzegovina
Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni konklużjonijiet dwar l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-UE.
Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jilqa' l-Opinjoni tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-korpi eżekuttivi u leġislattivi fil-livelli kollha tal-gvern biex jibdew jindirizzaw il-prijoritajiet ewlenin identifikati fl-opinjoni, f'konformità mal-aspirazzjonijiet leġittimi taċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina biex timxi 'l quddiem lejn l-Unjoni Ewropea.
Ewropa Sostenibbli sal-2030
Il-Kunsill adotta, mingħajr diskussjoni, ġabra ta' konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni mill-UE tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
- Eleventh meeting of the Accession Conference with Serbia at Ministerial level, Brussels, 10 December 2019
- 10/12/2019
- Ġlieda kontra t-theddid ibridu: Il-Kunsill jappella għal azzjoni komuni msaħħa
- 10/12/2019
- Ewropa Sostenibbli sal-2030: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet
- 10/12/2019
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea
- 10/12/2019
- Kumitat tar-Reġjuni: Il-Kunsill jaħtar il-membri għall-mandat 2020-2025
- 10/12/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025