"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet Ewropej, 18 ta' Jannar 2021

Riżultati ewlenin

Programm ta' ħidma tal-presidenza Portugiża

Il-presidenza Portugiża ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għas-sitt xhur li jmiss.

Il-Portugall stabbilixxa tliet prijoritajiet ewlenin għall-presidenza tiegħu:

  • il-promozzjoni ta' rkupru msaħħaħ mit-tranżizzjoni klimatika u dik diġitali;
  • l-implimentazzjoni tal-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali bħala element ewlieni biex tiġi żgurata tranżizzjoni klimatika u diġitali ġusta u inklużiva;
  • it-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-Ewropa filwaqt li tibqa' miftuħa għad-dinja.
"Wasal żmien l-azzjoni: irkupru ġust, ekoloġiku u diġitali" huwa l-motto tagħna għas-semestru li jmiss. Wasal iż-żmien li ngħaddu mill-ftehim għall-azzjoni u ndaħħlu fis-seħħ l-istrumenti l-ġodda bħall-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-fokus tagħna huwa li niksbu rkupru ekonomiku sostenibbli u soċjalment inklużiv, li għandu jitmexxa mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-ministri tal-UE ħadu kont tal-istat tad-diskussjonijiet interistituzzjonali dwar il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

L-istati membri jixtiequ li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa tinvolvi liċ-ċittadini f'dibattitu wiesa' dwar il-ġejjieni tal-Ewropa fl-għaxar snin li ġejjin u lil hinn, inkluż fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.

Qed naħdmu biex il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa titwettaq. Irridu proċess inklużiv, b'involviment qawwi miċ-ċittadini. Ser inkomplu n-negozjati interistituzzjonali sabiex naqblu dwar Dikjarazzjoni Konġunta. Aħna nibqgħu impenjati b'mod sħiħ li nniedu l-Konferenza matul il-presidenza tagħna. Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Koordinazzjoni b'rabta mal-COVID-19

Il-ministri ħejjew il-vidjokonferenza tal-mexxejja dwar il-koordinazzjoni b'rabta mal-COVID-19 li għandha ssir fil-21 ta' Jannar. Id-diskussjonijiet iffukaw, fost kwistjonijiet oħra, fuq l-organizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-vaċċin, tliet ġimgħat wara l-bidu tal-programm ta' tilqim.

Qed naħdmu fuq modi biex insaħħu l-koordinazzjoni, inżidu t-trasparenza dwar il-kunsinni tal-vaċċin u nappoġġjaw il-pjanijiet ta' tilqim, niskambjaw l-aħjar prattiki dwar l-ittestjar u nkomplu nuru solidarjetà ta' tmexxija internazzjonali mal-ġirien tagħna. Jeħtieġ li nkomplu nippromwovu l-isforzi kollettivi tagħna biex iċ-ċittadini tagħna jkunu sikuri. Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025