"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 22 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali

Tkabbir u Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni

Il-Presidenza pprovdiet informazzjoni dwar il-progress miksub f'dan is-semestru, il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-fajls kollha relatati mat-Tkabbir u l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

B'mod partikolari, il-Kunsill iddiskuta l-ftehim politiku riċenti mal-Parlament Ewropew dwar l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III). L-IPA III huwa mistenni li jkollu baġit totali ta' aktar minn €14-il biljun għall-perjodu 2021-2027. Il-ftehim politiku għadu jeħtieġ l-approvazzjoni finali tal-Kunsill.

Fit-6 ta' Mejju, il-Kunsill qabel dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġija riveduta tat-tkabbir għan-negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja u l-Montenegro. Dan witta t-triq biex isiru l-ewwel Konferenzi Intergovernattivi "politiċi", li ser isiru fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill.

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar in-negozjati tal-adeżjoni mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u r-Repubblika tal-Albanija.

Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Il-Presidenza ħadmet ħafna biex torganizza l-ewwel Konferenzi Intergovernattivi mal-Montenegro u s-Serbja taħt il-metodoloġija l-ġdida għat-tkabbir. Nemmen li l-Presidenza Slovena li jmiss, filwaqt li tibni fuq l-isforzi tagħna, ser jirnexxu fil-ftuħ formali tan-negozjati mar-Repubblika tal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq.
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall
Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar l-eżitu tal-attività taċ-ċittadini Ewropej ta' Lisbona fis-17 ta' Ġunju u dwar l-ewwel plenarja tal-Konferenza fid-19 ta' Ġunju.

Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa hija mmirata biex tinvolvi liċ-ċittadini f'dibattitu wiesa' dwar il-ġejjieni tal-Ewropa fl-għaxar snin li ġejjin u lil hinn, inkluż fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.

Fl-10 ta' Marzu, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li tistabbilixxi l-objettivi, l-istruttura, l-iskop u ż-żmien tal-Konferenza.

Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ġiet formalment inawgurata fid-9 ta' Mejju fi Strasburgu, wara t-tnedija tal-pjattaforma diġitali tal-Konferenza fid-19 ta' April. Għadd ta' ideat u attivitajiet diġà ġew ippubblikati fuq il-pjattaforma.

L-ewwel Djalogu taċ-Ċittadini Ewropej f'Lisbona fis-17 ta' Ġunju u l-ewwel laqgħa plenarja fi Strasburgu fid-19 ta' Ġunju kienu okkażjonijiet ukoll biex intennu l-impenn tagħna għall-Konferenza kif ukoll biex nenfasizzaw il-pożizzjoni tagħna bħala Kunsill u nissottolinjaw li l-Konferenza għandu jkollha ċ-ċittadini u t-tħassib tagħhom fiċ-ċentru u tiffoka fuq kwistjonijiet li huma verament importanti għalihom. Ana Paula Zacarias, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Portugall

Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Ġunju 2021

Il-ministri ħadmu fuq it-tħejjijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Ġunju 2021 fi Brussell.

Il-mexxejja tal-UE ser jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-COVID-19, l-irkupru ekonomiku, il-migrazzjoni u r-relazzjonijiet esterni, inkluż ir-relazzjonijiet mat-Turkija u r-Russja.

Il-Kunsill Ewropew ser jevalwa s-sitwazzjoni epidemjoloġika u tal-vaċċini u jkompli bl-isforzi ta' koordinazzjoni b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19. F'konformità mad-dikjarazzjoni ta' Frar 2021 tal-membri tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni hija mistennija tirrapporta dwar it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija s'issa.

Il-mexxejja tal-UE ser jirrieżaminaw is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ta' Next Generation EU.

Mistennija jiddiskutu r-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

Il-Kunsill ser jiddiskuti d-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni.

F'konformità mad-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021, il-mexxejja ser jissoktaw bid-diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija.

F'konformità mal-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew ser jissokta bid-diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja, abbażi ta' komunikazzjoni konġunta, ippubblikata fis-16 ta' Ġunju 2021, mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni.

Stat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kunsill kellu seduta ta' smigħ dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja (proċedura skont l-Artikolu 7 (1) TUE). L-iskop sostantiv tas-seduta kien il-proposta motivata tal-Kummissjoni Ewropea li skattatha.

Il-valuri tal-Unjoni fl-Ungerija

Il-Kunsill kellu seduta ta' smigħ dwar l-istat tad-dritt fl-Ungerija (proċedura skont l-Artikolu 7(1) TUE). L-ambitu sostantiv tas-seduta kien il-proposta motivata tal-Parlament Ewropew li skattatha.

Affarijiet Oħra

Taħt affarijiet oħra, il-Kunsill ġie infurmat dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera, l-awtonomija Strateġika u l-anniversarju tal-10 sena tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025