"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21 ta' Settembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-Ministri vvalutaw is-sitwazzjoni attwali fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, fid-dawl tal-avvenimenti reċenti rigward l-implimentazzjoni tal-protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maroš Šefčovič aġġorna lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi, inkluż iż-żjara reċenti tiegħu fl-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, u l-ministri tennew l-appoġġ tagħhom għall-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea.

Huma enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu identifikati soluzzjonijiet fit-tul, flessibbli u prattiċi biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet esperjenzati miċ-ċittadini u n-negozji fir-rigward tal-implimentazzjoni prattika tal-protokoll, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji li jirfdu l-protokoll. Huma tennew li l-UE mhux ser taqbel ma' negozjar mill-ġdid tal-protokoll, li huwa s-soluzzjoni maqbula bejn ir-Renju Unit u l-UE għall-problemi kkawżati mill-Brexit għall-gżira tal-Irlanda.

L-UE ser tkompli timpenja ruħha mar-Renju Unit biex jinstabu soluzzjonijiet fil-qafas tal-protokoll. Ser nagħmlu l-almu tagħna biex inġibu lura l-prevedibbiltà u l-istabbiltà għaċ-ċittadini u n-negozji fl-Irlanda ta' Fuq u biex niżguraw li jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ipprovduti mill-protokoll, inkluż l-aċċess għas-suq uniku. Gašper Dovžan, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja

koordinazzjoni tal-UE b'rabta mal-COVID-19

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-koordinazzjoni tal-UE dwar il-COVID-19 wara l-waqfa tas-sajf. Huma ddiskutew kwistjonijiet relatati mat-tilqim u miżuri għall-ivvjaġġar.

Huwa kruċjali li l-istati membri jkomplu jipprovdu rispons trasparenti u koordinat għall-pandemija u jżidu r-rata tal-kopertura tat-tilqim tal-popolazzjoni sabiex tissokta l-ħajja normali. Gašper Dovžan, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovenja

Fost is-suġġetti diskussi llum, issemmew it-tilqim booster jew dożi addizzjonali, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-eżitazzjoni għat-tilqim u d-diżinformazzjoni dwar it-tilqim u l-importanza tal-kondiviżjoni tat-tilqim ma' pajjiżi terzi.

Dwar il-koordinazzjoni tal-miżuri għall-ivvjaġġar, bħalissa għaddejja ħidma biex jiġi kkunsidrat jekk hijiex meħtieġa reviżjoni biex titqies is-sitwazzjoni attwali (fost l-oħrajn, ir-rati għoljin ta' tilqim, is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi u l-esperjenza taċ-ċertifikati tal-COVID).

Laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ottubru

Il-Ministri kellhom l-ewwel skambju dwar l-abbozz ta' aġenda annotata għall-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ottubru: koordinazzjoni tar-rispons għall-pandemija tal-COVID-19, valutazzjoni tal-progress fi kwistjonijiet diġitali, tħejjijiet għall-COP26 fi Glasgow (klima) u l-COP15 f'Kunming (bijodiversità) u għas-summits li jmiss ma' pajjiżi terzi, bħal-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u s-Sħubija tal-Lvant fost suġġetti oħra.

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-Presidenza tat aġġornament dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, wara t-tnedija tal-panels taċ-ċittadini Ewropej fis-17 ta' Settembru u fit-tħejjija għall-plenarja ta' Ottubru. Id-delegazzjonijiet kellhom l-opportunità li jiskambjaw fehmiet dwar dawn il-kwistjonijiet.

Prijoritajiet tal-presidenza Slovena

Matul sessjoni pubblika, il-presidenza Slovena ppreżentat il-prijoritajiet ġenerali tagħha, kif ukoll dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali.

Programmazzjoni leġiżlattiva

Matul dibattitu pubbliku, il-Kummissjoni ppreżentat ir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-2021 u l-ittra ta' intenzjoni tagħha.

Affarijiet oħra

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera. Kien hemm ukoll punt ta' informazzjoni dwar is-summit UE-MED ta' nhar il-Ġimgħa li għadda f'Ateni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025