- Summit Internazzjonali
Laqgħa tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE mat-Turkija, 29/11/2015, 29 ta' Novembru 2015
Fid-29 ta' Novembru 2015, il-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija. Il-laqgħa mmarkat pass importanti fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u fil-kontribut għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ippresieda l-laqgħa, il-Prim Ministru Ahmet Davutoğlu rrappreżenta lit-Turkija.
L-UE u t-Turkija qablu li jerġgħu jagħtu spinta lill-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea. Id-djalogu ta’ livell għoli bejn iż-żewġ partijiet ser jissaħħaħ permezz ta’ laqgħat aktar frekwenti u strutturati inkluża l-organizzazzjoni ta’ summits darbtejn fis-sena.
Is-summits regolari ser jipprovdu pjattaforma biex jiġi vvalutat l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn it-Turkija u l-UE u jiġu diskussi kwistjonijiet internazzjonali.
"We do not expect anyone to guard our borders for us. (...) But we expect a major step towards changing the rules of the game when it comes to stemming the migration flow that is coming to the EU via Turkey." Donald Tusk, President of the European Council
Ġie adottat Pjan ta’ Azzjoni Konġunt fil-laqgħa biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati maħluqa mis-sitwazzjoni fis-Sirja. L-UE u l-istati membri tagħha ser iżidu l-kooperazzjoni tagħhom mat-Turkija u jsaħħu b'mod sostanzjali l-impenn politiku u finanzjarju tagħhom.
- Pjan ta’ azzjoni konġunta UE-Turkija - Kummissjoni Ewropea - skeda informattiva, 15 ta’ Ottubru 2015
L-UE impenjat ruħha li tipprovdi l-ewwel €3 biljun euro ta’ riżorsi addizzjonali lit-Turkija biex tgħinha tiffaċċa l-għadd kbir ta’ refuġjati Sirjani li bħalissa jinsabu fil-pajjiż.
Bl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, iż-żewġ naħat ser isaħħu l-kooperazzjoni attiva tagħhom dwar il-migranti li ma jinħtieġux protezzjoni internazzjonali:
- jiġi evitat l-ivvjaġġar lejn it-Turkija u l-UE
- tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ riammissjoni bilaterali stabbiliti
- jintbagħtu lura malajr lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom
Il-mexxejja laqgħu l-intenzjoni tat-Turkija li tkompli ttejjeb is-sitwazzjoni tas-Sirjani taħt protezzjoni temporanja u tibqa' impenjata li tiġġieled kontra n-netwerks kriminali tal-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' persuni.
L-UE u t-Turkija qablu wkoll li japplikaw il-ftehim ta’ riammissjoni minn Ġunju 2016. Huma qed jimmiraw li jiffinalizzaw il-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-viża, u t-tneħħija ta’ rekwiżiti ta’ viża għaċ-ċittadini Torok fiż-żona ta’ Schengen, sa Ottubru 2016.
Proċess ta’ adeżjoni
Il-mexxejja ħabbru Konferenza Intergovernattiva fl-14 ta’ Diċembru 2015 biex jinfetaħ il-kapitolu 17 tal-proċess ta’ adeżjoni, dwar aktar integrazzjoni ekonomika mat-Turkija. Il-Kummissjoni Ewropea ser tibda l-ħidma ta’ tħejjija fuq aktar kapitoli mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-istati membri.
Mill-35 kapitolu ta' negozjar mat-Turkija, infetħu 14-il kapitolu u ngħalaq b'mod proviżorju wieħed minnhom.
Status tan-negozjati
Sfond
Id-deċiżjoni li issir laqgħa bejn it-28 mexxej tal-UE u t-Turkija segwiet sensiela ta’ taħdidiet ta’ livell għoli bejn il-Kummissjoni Ewropea u t-Turkija kif ukoll għadd ta’ laqgħat bilaterali tal-President Tusk mal-President Erdoğan u l-Prim Ministru Davutoğlu.
Il-mexxejja tal-UE ddiskutew l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni mat-Turkija dwar il-kriżi tal-migrazzjoni fil-laqgħat tagħhom f’Ottubru u Novembru.
Il-kriżi tal-migrazzjoni - kronoloġija
Il-kronoloġija tagħti ħarsa lejn il-miżuri ewlenin li ttieħdu mill-UE, flimkien mal-istati membri, matul dawn l-aħħar ftit xhur, biex tindirizza l-isfidi maħluqa mill-migrazzjoni.
Ara wkoll il-paġna dwar il-politika rilevanti fuq is-sit elettroniku tagħna:
Stqarrijiet għall-istampa
- Kummenti għall-istampa mill-President Donald Tusk wara l-laqgħa tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE mat-Turkija
- 29/11/2015
- Laqgħa tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE mat-Turkija, 29/11/2015 - Dikjarazzjoni UE-Turkija
- 29/11/2015
- Kummenti introduttorji mill-President Donald Tusk fil-laqgħa tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE mat-Turkija, 29 ta' Novembru 2015
- 29/11/2015
- Dikjarazzjonijiet mal-wasla mill-President Donald Tusk qabel il-laqgħa tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE mat-Turkija, 29 ta' Novembru 2015
- 29/11/2015
- Ittra ta’ stedina mill-President Donald Tusk lill-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE għal laqgħa mat-Turkija
- 24/11/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025