"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 09/11/2015, 9 ta' Novembru 2015

Riżultati prinċipali

Il-ministri għall-affarijiet interni ġew aġġornati dwar l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-flussi migratorji u s-sitwazzjoni fuq il-post, u kellhom diskussjoni estensiva dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri l-aktar reċenti tal-UE.

Il-ministri ddeċidew ukoll dwar għadd ta’ miżuri ulterjuri biex tiġi ttrattata l-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni kif deskritti f’sett ta’ konklużjonijiet adottati mill-Kunsill.

Dawn il-konklużjonijiet jiffukaw b'mod partikolari fuq it-tħaffif tal-proċess ta' rilokazzjoni li għaddej bħalissa; it-tisħiħ tal-fruntieri esterni tal-UE; il-ġlieda kontra t-traffikar u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' persuni; ir-ritorn u r-riammissjoni.

Fil-konklużjonijiet tiegħu l-Kunsill esprima wkoll appoġġ għad-deċiżjoni tal-Presidenza biex tittejjeb l-attivazzjoni tar-Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR) minn modalità ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni għal attivazzjoni kompleta.

L-Ewropa trid tibqa’ miftuħa, iżda Ewropa miftuħa tfisser li r-regoli li aħna stess stabbilixxejna għandhom jiġu rispettati, u li kulħadd għandu jaħdem flimkien biex jiżgura li dan iseħħ.” Jean Asselborn 

Jean Asselborn, il-Ministru Lussemburgiż għall-Immigrazzjoni u l-Asil u President tal-Kunsill qal: "Fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha bħalissa huwa essenzjali li nnaqqsu l-influss ta' persuni sabiex dawn jistgħu jiġu ġestiti aħjar minn stati membri individwali. Huwa għalhekk li l-Kunsill tal-lum iffoka fuq l-implimentazzjoni u l-konsolidazzjoni ta’ deċiżjonijiet li diġà ttieħdu.”

 

 

Ara wkoll:

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025