"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 14/09/2015, 14 ta' Settembru 2015

Riżultati prinċipali

Qed niffaċċjaw sfida serja u urġenti. Il-laqgħa tal-lum għenitna biex nieħdu xi deċiżjonijiet politiċi importanti li ser jgħinuna nindirizzaw dik l-isfida...". Jean Asselborn, President tal-Kunsill

Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

Din id-deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rilokazzjoni temporanju u eċċezzjonali fuq sentejn mill-istati membri l-aktar esposti l-Italja u l-Greċja lejn stati membri oħrajn. Hija ser tapplika għal 40 000 persuna fi bżonn ċar ta' protezzjoni internazzjonali li waslu jew li qed jaslu fit-territorju ta' dawk l-istati membri mill-15 ta' Awwissu 2015 sas-16 ta' Settembru 2017.

Il-ministri għall-affarijiet interni ngħataw tagħrif minn għadd ta’ aġenziji tal-UE u tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-aħħar informazzjoni dwar il-flussi migratorji u s-sitwazzjoni fuq il-post. 

Il-Ministri ġew infurmati wkoll dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri l-aktar reċenti tal-UE u semgħu preżentazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-proposti l-ġodda tagħha dwar il-migrazzjoni.

Il-presidenza fasslet sett ta’ konklużjonijiet li jistabbilixxi pjan ulterjuri ta’ azzjoni biex tiġi trattata l-kriżi migratorja attwali.

Jean Asselborn, il-Ministru tal-Lussemburgu għall-Immigrazzjoni u l-Asil u President tal-Kunsill qal: "Qed niffaċċjaw sfida serja u urġenti. Il-laqgħa tal-lum għenitna nieħdu xi deċiżjonijiet politiċi importanti li ser jgħinuna nindirizzaw dik l-isfida. Iżda m'għandniex ħafna żmien. Problema komuni titlob rispons kondiviż. Aħna lesti nużaw iż-żmien li fadlilna bħala Presidenza tal-Kunsill biex nipprogredixxu fir-rispons tagħna biex niffaċċjaw l-isfida flimkien".

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025