Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 03-04/12/2015, 3 u 4 ta' Diċembru 2015

Riżultati ewlenin

Ġustizzja, 3 ta’ Diċembru 2015

Qorti Ġenerali

Il-Kunsill adotta regolament li jirriforma l-Qorti Ġenerali. L-għan tar-riforma hu li l-Qorti Ġenerali tkun tista' tittratta volum ta' xogħol li qed jiżdied u li jiġi żgurat li r-rimedju legali fl-UE jkun garantit fi żmien raġonevoli. 

Stajt ninnota li maġġoranza ta’ stati membri jridu li jinstabu soluzzjonijiet fil-livell tal-UE. Kellna skambju ta’ fehmiet sinċier u miftuħ mal-Kummissjoni.”  Félix Braz, Ministru għall-Ġustizzja Lussemburgiż u President tal-Kunsill

Iż-żamma ta' data

Il-Kunsill kellu diskussjoni ġenerali dwar il-konsegwenzi tal-invalidazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’April 2014.

L-istati membri kollha kkunsidraw li ż-żamma ta' volum kbir ta' data ta’ komunikazzjoni elettronika b’mod ġeneralizzat għadu permess. Maġġoranza ta’ delegazzjonijiet ikkunsidrat ukoll li għandu jitqies approċċ mifrux mal-UE kollha biex tinġieb fi tmiemha l-frammentazzjoni tal-qafas legali dwar iż-żamma ta' data madwar l-UE, u stiednet lill-Kummissjoni biex tippreżenta inizjattiva leġislattiva ġdida kull meta jkun possibbli. 

Sħubijiet matrimonjali u reġistrati

Il-Kunsill ma rnexxilux jilħaq qbil politiku unanimu dwar regolamenti dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali u l-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati.

Wara d-dibattitu, il-Presidenza ddikjarat li ma setax jintlaħaq ftehim għall-UE kollha fi żmien raġonevoli fir-rigward taż-żewġ regolamenti. Bosta delegazzjonijiet esprimew ir-rieda tagħhom li jagħtu konsiderazzjoni pożittiva lill-istabbiliment ta’ kooperazzjoni msaħħa dwar il-kwistjonijiet koperti mir-regolamenti.

Affarijiet Interni, 4 ta’ Diċembru

Il-kompromess miftiehem illum ser jippermetti lill-UE twaqqaf sistema effettiva ta' PNR li tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.” Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru u Ministru għas-Sigurtà Interna Lussemburgiż u President tal-Kunsill.

PNR tal-UE

Il-Kunsill approva t-test ta' kompromess miftiehem mal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva dwar l-użu tad-data fir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-ministri ssottolinjaw l-importanza li jitħaffef ir-ritmu fl-implimentazzjoni tal-oqsma kollha koperti mid-dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu li nħarġet mill-Membri tal-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Frar 2015, b’mod partikolari dwar il-miżuri li ġejjin: id-direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) tal-UE, l-armi tan-nar, il-kontrolli tal-fruntieri esterni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-finanzjament tat-terroriżmu, it-tweġiba tal-ġustizzja kriminali għat-terroriżmu, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-ħarsien tal-valuri tal-UE kif ukoll il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali tagħna. 

Migrazzjoni

Il-ministri kellhom diskussjoni ġenerali dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri l-aktar reċenti tal-UE dwar il-migrazzjoni u dwar l-azzjonijiet meħtieġa biex tissaħħaħ iż-żona Schengen.

Jean Asselborn, Ministru għall-Immigrazzjoni u l-Asil Lussemburgiż u President tal-Kunsill qal: "Lil Schengen nagħtih importanza kbira. Jeħtieġ li nipproteġu l-“acquis” ta’ Schengen għall-membri kollha tiegħu. Illum kulħadd esprima xewqa qawwija li jkun żgurat li l-moviment liberu ġewwa Schengen jiġi ppreservat. Iżda Schengen jaħdem biss jekk ir-regoli jiġu rispettati.”

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025