Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 20/11/2015, 20 ta' Novembru 2015

Riżultati ewlenin

Wara l-attakki terroristiċi traġiċi f’Pariġi, il-ministri għall-ġustizzja u l-affarijiet interni ltaqgħu fi Brussell biex jiżguraw is-segwitu ta' miżuri eżistenti u ddiskutew kif jista’ jissaħħaħ ir-rispons tal-UE bl-adozzjoni ta' sett ta’ konklużjonijiet. 

Il-Kunsill fakkar fl-urġenza u l-importanza li jagħti lid-direttiva dwar ir-Reġistru Ewropew tal-Ismijiet tal-Passiġġieri. Il-Presidenza għad għandha l-għan li tiffinalizza dan id-dossier qabel ma tintemm din is-sena.” Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru tal-Lussemburgu, Ministru għas-Sigurtà Interna u President tal-Kunsill 

Il-ministri ssottolinjaw l-importanza li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-oqsma kollha koperti mid-dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu li nħarġet mill-Membri tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Frar 2015 u b’mod partikolari tal-miżuri li ġejjin: id-direttiva dwar ir-Reġistru tal-UE tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR), l-armi tan-nar, il-kontrolli fuq il-fruntieri esterni, l-iskambju ta’ informazzjoni, il-finanzjament tat-terroriżmu, ir-rispons tal-ġustizzja kriminali għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti.

Twettqet ħidma sinifikanti fuq il-post. Il-ħidma dwar l-integrazzjoni, id-deradikalizzazzjoni, ir-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni hija proċess fit-tul. Kull min jaħdem f’dan il-qasam jistħoqqlu l-appoġġ sħiħ tagħna.” Félix Braz, Ministru Lussemburgiż għall-Ġustizzja u President tal-Kunsill 

Etienne Schneider, Viċi Prim Ministru tal-Lussemburgu, Ministru għas-Sigurtà Interna u President tal-Kunsill qal: “Il-Kunsill fakkar fl-urġenza u l-importanza li jagħti lid-direttiva dwar ir-Reġistru Ewropew tal-Ismijiet tal-Passiġġieri. Il-Presidenza għad għandha l-għan li tiffinalizza dan id-dossier qabel ma tintemm din is-sena. Neħtieġu ninnegozjaw direttiva effettiva u operazzjonali li għandha tinkludi t-titjiriet interni u perijodu raġonevoli għaż-żamma ta' data, u li ma għandhiex tkun limitata għal reati kriminali ta' natura transnazzjonali. Dan huwa l-mandat ta’ negozjar li ġie kkonfermat illum mill-Kunsill.”

Il-ministri adottaw ukoll, mingħajr diskussjoni, sett ta’ konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tar-rispons tal-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti.

Félix Braz, Ministru Lussemburgiż għall-Ġustizzja u President tal-Kunsill qal: “Twettqet ħidma sinifikanti fuq il-post. Il-ħidma dwar l-integrazzjoni, id-deradikalizzazzjoni, ir-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni hija proċess fit-tul. Kull min jaħdem f’dan il-qasam jistħoqqlu l-appoġġ sħiħ tagħna.”

 

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025