- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 22/09/2015, 22 ta' Settembru 2015
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill adotta deċiżjoni li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.
Din id-deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rilokazzjoni temporanju u eċċezzjonali fuq sentejn mill-istati membri l-aktar esposti l-Italja u l-Greċja lejn stati membri oħra. Din ser tapplika għal 120 000 persuna fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali li waslu jew qegħdin jaslu fit-territorju ta’ dawk l-istati membri sa minn sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ.
Ilħaqna ftehim fil-Kunsill b'maġġoranza kbira ħafna, maġġoranza li tmur lil hinn minn dik meħtieġa mit-Trattati. Id-deċiżjoni tal-lum tfakkarna li l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq is-solidarjetà bejn l-istati membri, iżda wkoll fuq is-solidarjetà ma’ persuni fil-bżonn tal-protezzjoni. Jean Asselborn, il-Ministru tal-Lussemburgu għall-Immigrazzjoni u l-Asil u President tal-Kunsill
Skont id-deċiżjoni, 66 000 persuna ser jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja (15 600 mill-Italja u 50 400 mill-Greċja). L-54 000 persuna li baqa’ ser jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja bl-istess proporzjon wara sena mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni.
Madankollu, jekk il-Kummissjoni tqis li l-funzjonament fil-prattika tal-mekkaniżmu tar-rilokazzjoni jeħtieġ li jiġi adattat għall-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fuq il-post jew li stat membru qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi minħabba tibdil kbir fil-flussi tal-migrazzjoni, hija tista’ tressaq proposta biex tiġi emendata din id-deċiżjoni.
L-istati membri li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ser jirċievu s-somma sħiħa ta' EUR 6 000 għal kull persuna rilokata.
Il-proċedura speċjali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tistabbilixxi li l-Kunsill ser jikkonsulta mal-Parlament Ewropew. Fis-17 ta' Settembru l-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu.
Id-Danimarka u r-Renju Unit mhumiex qegħdin jipparteċipaw f'din id-deċiżjoni. l-Irlanda esprimiet l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa.
Dokumenti tal-laqgħat
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025