"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 18/05/2017, 18 ta' Mejju 2017

Riżultati ewlenin

Riforma tas-sistema Ewropea komuni tal-asil

Il-ministri ddiskutew l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji tar-responsabbiltà u s-solidarjetà fil-kuntest tar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. Il-presidenza ser tkompli tħabrek biex twettaq progress fil-ħidma dwar dan is-suġġett.

Il-prinċipju tas-solidarjetà hu minqux fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea, u huwa d-dmir ta’ kull Stat Membru li jimplimenta dak li jkun intlaħaq qbil dwaru fil-Kunsilli preċedenti. Il-kwistjoni tal-migrazzjoni għadha teħtieġ azzjoni urġenti.”

Carmelo Abela, Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Malti

Ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata matul iċ-ċiklu ta' politika 2018-2021. Dawn il-konklużjonijiet jidentifikaw 10 prijoritajiet tal-UE dwar il-kriminalità: ċiberkriminalità, drogi, faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, kriminalità organizzata dwar proprjetà, traffikar ta' bnedmin, frodi intrakomunitarja b'negozjant nieqes u dwar is-sisa, armi tan-nar, kriminalità ambjentali, finanzi kriminali u ħasil ta' flus, u frodi tad-dokumenti.

Sigurtà tal-avjazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat lill-ministri dwar il-laqgħa li saret bejn l-UE u l-Istati Uniti fis-17 ta’ Mejju 2017 biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni u, b’mod partikolari, proċeduri ta’ sigurtà għal oġġetti elettroniċi kbar.

Punti oħra

Saru diskussjonijiet informali bejn il-ministri għall-intern u d-difiża, u l-ministri għall-intern u l-iżvilupp.

Illum kellna żewġ laqgħat konġunti interessanti ħafna mal-Ministri għad-Difiża u għall-Iżvilupp. Id-djalogu bejn id-diversi formazzjonijiet tal-Kunsill enfasizza l-ħtieġa għal aktar koordinament u koerenza fost il-politiki differenti u wieħed jittama li ser itejjeb l-effikaċja tal-ħidma tal-UE b'rabta mal-migrazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.”

Carmelo Abela, Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Malti 

 

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025