- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 08-09/12/2016, 8 u 9 ta' Diċembru 2016
Riżultati ewlenin
Affarijiet interni - 9 ta’ Diċembru
Sistema Ewropea Komuni tal-Asil
Il-ministri għall-affarijiet interni iddiskutew ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) u qablu dwar mandat għal negozjati mal-Parlament Ewropew dwar ir-regolament Eurodac.
Din hija parti importanti tar-Riforma Ewropea Komuni tal-Asil, waħda mill-prijoritajiet prinċipali tagħna. Ninsab kuntent bil-progress li fuqu l-Presidenza Maltija tista' tibni.
Robert Kaliňák, Ministru għall-Intern tas-Slovakkja u President tal-Kunsill
Huma ngħataw ukoll informazzjoni mill-Presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls li għad fadal tar-riforma tas-SEKA u r-risistemazzjoni.
Migrazzjoni
Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fuq l-art u l-flussi matul ir-rotot tal-migrazzjoni ewlenin, u evalwaw ir-rispons tal-UE miftiehem u implimentat s'issa. Il-ministri indirizzaw speċifikament kwistjonijiet bħall-istazzjonament fl-aġenziji (partikolarment l-EASO u l-Frontex), ir-rilokazzjonijiet, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Qafas ta' Sħubija, b'mod speċjali r-riżultati miksuba dwar ir-ritorni u r-riammissjonijiet mal-ħames pajjiżi prijoritarji.
Il-ministri appoġġaw l-isforzi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO) biex jieħu l-passi kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jinħatru esperti direttament mill-aġenzija sabiex jittaffa n-nuqqas kritiku ta' persunal.
Ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata
Il-Kunsill ħa nota ta' rapport mill-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu li jistabbilixxi għażliet ta’ politika biex jiġi ffaċċat il-fenomenu tar-ritorn tal-ġellieda terroristi barranin. Il-ministri taw il-kompitu lill-esperti biex ikomplu jiddiskutu bil-ħsieb tal-iżvilupp possibbli ta' miżuri ta' politika tal-UE dwar dan il-fenomenu.
Il-ministri ħadu nota wkoll tal-proposti magħmulin minn Franza u l-Ġermanja dwar il-ħtieġa li tittejjeb l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-fornituri tas-servizzi elettroniċi.
Affarijiet oħra
Il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-istati membri adottaw konklużjonijiet dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-UE.
Il-presidenza Slovakka infurmat lill-ministri dwar il-ftehimiet li ntlaħqu mal-Parlament Ewropew għar-rinfurzar tal-kontrolli fuq il-fruntieri esterni u dwar il-mekkaniżmu tas-sospensjoni tal-viża.
Ġustizzja, 8 ta' Diċembru
Prosekutur Pubbliku Ewropew - UPPE
Il-Ministri għall-Ġustizzja ddiskutew b’mod estensiv ir-Regolament tal-UPPE. Il-maġġoranza assoluta tal-ministri affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex jistabbilixxu l-prosekutur pubbliku u, sakemm issir ħidma teknika finali, appoġġat it-test kif inhu issa. Madankollu, il-Presidenza ħadet nota tal-pożizzjonijiet differenti tad-delegazzjonijiet u kkonkludiet li dawn jagħtu indikazzjoni ċara dwar dik li x'aktarx tkun it-triq proċedurali 'l quddiem biex jiżguraw konklużjoni pożittiva ta' dan il-file.
Ninsab kuntent li qed nara l-impenn tal-Kunsill biex jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Jekk irridu niżguraw li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jkunu protetti sew, inkluż f’każijiet transkonfinali, neħtieġu Prosekutur Ewropew. Ninsab fiduċjuż li konklużjoni pożittiva tista’ tintlaħaq fix-xhur li ġejjin.
Lucia Žitňanská, Ministru għall-Ġustizzja tas-Slovakkja u President tal-Kunsill
Ir-regolament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu l-għan li jgħin biex jiġu miġġielda r-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.
Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - "PIF"
Il-Kunsill laħaq qbil dwar id-direttiva dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, li twitti t-triq għall-adozzjoni formali tat-test fil-ġimgħat li ġejjin.
L-objettiv tal-hekk imsejħa direttiva PIF hu li tiskoraġġixxi lil dawk li jwettqu frodi, ittejjeb il-prosekuzzjoni u s-sanzjonijiet ta' reati kontra l-baġit tal-UE, u tiffaċilita l-irkupru ta' fondi tal-UE li jintużaw ħażin, biex b'hekk iżżid il-protezzjoni ta' flus il-kontribwenti tal-UE.
Suq uniku diġitali
Il-Ministri taw gwida għal aktar ħidma teknika dwar id-direttiva rigward ċerti aspetti kuntrattwali li jikkonċernaw il-provvista ta’ kontenut diġitali. B’mod partikolari, huma ddiskutew ir-regoli applikabbli għal "kontenut diġitali integrat" (eż. software inkluż fl-hekk imsejħa smart fridges), dwar id-definizzjoni u r-regoli applikabbli għal data li mhix data personali, u dwar il-bilanċ it-tajjeb fil-leġislazzjoni bejn il-kriterji ta’ konformità suġġettivi (jiġifieri kriterji maqbula fil-kuntratt) u kriterji ta’ konformità oġġettivi (jiġifieri l-kriterji stipulati fil-liġi).
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Aġenda proviżorja, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 8-9 ta' Diċembru 2016
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 8-9 ta' Diċembru 2016
- Addendum 1 għal-lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 8-9 ta' Marzu 2016
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 8-9 ta' Diċembru 2016
- Programm indikattiv - Laqgħa tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
- Riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil: il-Kunsill lest li jibda n-negozjati dwar il-Eurodac
- 09/12/2016
- Protezzjoni kontra l-frodi li taffettwa l-baġit tal-UE: Il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 08/12/2016
- Il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu rigward ir-riforma tal-leġislazzjoni dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda
- 08/12/2016
- Event - management of the consequences following terrorist attacks
- 07/12/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025