"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 26/05/2016, 26 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin - Telekomunikazzjoni

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar proposta sabiex tiġi allokata l-banda tal-frekwenza 700 Mhz għall-broadband bla wajers. In-negozjati mal-Parlament Ewropew mistennija jibdew fil-ħarifa. L-abbozz ta' deċiżjoni għandu l-għan li jnaqqas il-qasma diġitali u jippermetti l-użu effettiv ta' servizzi innovattivi. Fl-istess waqt, jippreserva l-kontinwità tas-servizzi konvenzjonali tat-televiżjoni.

Illum għamilna progress sabiex intejbu l-konnettività fl-UE. Mingħajr il-konnettività m'hemmx suq diġitali uniku fejn jistgħu jinteraġixxu l-konsumaturi u l-kumpaniji. Qbilna li nestendu l-ispettru disponibbli għall-broadband mobbli. Ipprovdejna wkoll gwida dwar l-immodernizzar tar-regoli dwar it-telekomunikazzjoni. Ser ikun jeħtieġ li dawn ir-regoli jipprovdu l-inċentivi adatti biex jinkoraġġixxu kemm l-investiment fin-netwerks kif ukoll il-kompetizzjoni għas-servizzi pprovduti fuq dawk in-netwerks". Henk Kamp, il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi Netherlandiż u l-president tal-laqgħa

Il-ministri kellhom ukoll dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar kwistjonijiet ewlenin tar-reviżjoni li jmiss tar-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni. L-għan tad-dibattitu kien li jipprovdi kontribut għall-proposti leġislattivi li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni fl-2016 taħt l-istrateġija għal suq uniku diġitali.

Fid-dibattitu, il-ministri qablu li r-regoli attwali dwar l-aċċess tal-operaturi għan-netwerks għandhom jiġu riveduti sabiex iżidu l-investiment u jissalvagwardaw il-kompetizzjoni madwar l-UE u biex jiġu stabbiliti regoli adatti għaż-żoni kollha fl-UE. Huma enfasizzaw li huwa importanti għall-istati membri li jkunu jistgħu jadattaw il-ġestjoni tal-ispettru għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa li jkomplu jikkooperaw u jikkondividu l-aħjar prattiki. Fir-rigward tal-ħtieġa potenzjali li jiġu rregolati s-servizzi tal-komunikazzjoni over-the-top, il-ministri appellaw għal approċċ skont il-każ u qiesu li l-aħjar mod kif għandha tiġi trattata l-protezzjoni tal-konsumatur hija f'leġislazzjoni orizzontali.

Il-presidenza rrappurtat lura rigward l-approvazzjoni tal-qbil dwar l-ewwel regoli madwar l-UE rigward l-aċċessibilità tas-siti web u l-apps mobbli. Il-qbil informali ġie kkonfermat mill-ambaxxaturi tal-istati membri fil-25 ta' Mejju. Il-presidenza infurmat ukoll lill-ministri rigward l-abbozz ta' direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, li dwarha l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-17 ta' Mejju. Ladarba jkun ikkonfermat mill-PE, iż-żewġ settijiet ta' regoli (aċċessibilità u sigurtà) jistgħu jidħlu fis-seħħ fit-tieni nofs tas-sena.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi rigward il-governanza tal-Internet u enfasizzat l-impenn tagħha li tkompli tirrapreżenta l-interess tal-UE u tal-istati membri tagħha.

Fl-aħħarnett, il-presidenza Slovakka li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha dwar it-telekomunikazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025