Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 10-11/12/2015, 10 u 11 ta' Diċembru 2015

Riżultati ewlenin 

Telekomunikazzjoni, 11 ta' Diċembru

Il-konnettività hija essenzjali, kemm għan-negozji iżda wkoll għaċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. L-Ewropa jeħtieġ ikollha l-aħjar netwerks u taqdi r-rwol tagħha fl-iżvilupp tas-servizzi l-aktar innovattivi.”  Xavier Bettel, Prim Ministru u Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Media tal-Lussemburgu

Il-Kunsill kellu dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar kwistjonijiet ewlenin tar-reviżjoni li ser issir tar-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni. Il-ministri ddiskutew l-aħjar modi kif ikun assigurat li l-qafas regolatorju futur jiffavorixxi l-investiment, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni. Netwerks ta’ komunikazzjoni b’veloċità għolja u l-aċċess għall-internet huma essenzjali għall-ekonomija Ewropea u għaċ-ċittadini, inkluż fiż-żoni rurali. Ir-regoli futuri għandhom jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri tas-servizzi u livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Id-dibattitu ppermetta lill-ministri jesprimu fehmiethom qabel ma l-Kummissjoni tadotta l-proposti tagħha, li huma mistennija fl-2016 bħala parti mill-istrateġija għal suq uniku diġitali.

Il-presidenza aġġornat lill-ministri dwar il-ftehim informali milħuq mal-Parlament Ewropew rigward l-abbozz ta’ direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni fis-7 ta’ Diċembru 2015. Hija beħsiebha tippreżenta t-test miftiehem għall-approvazzjoni mill-istati membri fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fit-18 ta’ Diċembru.

Il-presidenza ppreżentat rapport ta' progress dwar ir-regoli proposti biex is-siti web tas-settur pubbliku jsiru aktar aċċessibbli. Hija qed tippjana li titlob mandat ta’ negozjar fit-18 ta’ Diċembru. Dan jippermetti lill-presidenza l-ġdida tniedi taħditiet mal-Parlament fil-bidu tal-2016.

Trasport, 10 ta’ Diċembru

Għandna quddiemna sfidi Ewropej li jeħtieġu soluzzjonijiet Ewropej. L-għan komuni tagħna hu li niżguraw impjiegi u kondizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità f'dan is-settur importanti tas-suq intern"  François Bausch, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura tal-Lussemburgu

Il-ministri kellhom dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar l-aspetti soċjali tat-trasport bit-triq. Huma qablu dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-differenzi li għad hemm fl-interpretazzjonijiet nazzjonali li jistgħu joħolqu frammentazzjoni fis-suq uniku. Issottolinjaw ukoll il-ħtieġa ta' implimentazzjoni korretta u infurzar adegwat (fosthom aktar kontrolli fit-toroq) qabel ma jkun jista' jinkiseb aktar progress fil-liberalizzazzjoni tas-suq. Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-ġlieda kontra l-frodi. Diversi stati membri talbu lill-Kummissjoni biex ikollha rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ din il-kooperazzjoni.

L-għan ta’ dan id-dibattitu kien li joffri lill-istati membri l-opportunità li jippreżentaw l-ideat tagħhom u jipprovdu kontribut lill-Kummissjoni hekk kif din qed tħejji inizjattivi ġodda fl-2016.

Taħt 'affarijiet oħra', il-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija l-ġdida tagħha dwar l-avjazzjoni.

Matul l-ikla ta’ ħidma tagħhom, il-ministri indirizzaw il-kwistjoni tas-sigurtà fit-toroq. Huma ddiskutew il-ħtieġa li tingħata protezzjoni aħjar lin-nies li jkunu mexjin fit-triq u liċ-ċiklisti, u li jsir sforz akbar biex jonqos in-numru ta' persuni li jindarbu gravi f’inċidenti tat-traffiku.

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari rigward direttivi dwar is-sigurtà u l-interoperabbiltà ferrovjarja u regolament dwar l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. Dawn it-tliet atti leġislattivi jifformaw il-pilastru tekniku tar-raba’ pakkett ferrovjarju

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025