"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Telekomunikazzjoni), 07/06/2019, 7 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Il‑Kunsill ser jorganizza dibattitu politiku u jadotta konklużjonijiet dwar il‑futur ta' Ewropa diġitalizzata ħafna wara l‑2020: "Tingħata spinta lill-kompetittività diġitali u ekonomika mal-Unjoni kollha u lill-koeżjoni diġitali”. Id-dibattitu u l-konklużjonijiet jipprovdu gwida għal passi ulterjuri dwar dawn il-kwistjonijiet.

Illum kellna dibattitu pożittiv ħafna dwar il-prijoritajiet u l-isfidi ewlenin għall-politika diġitali tal-Ewropa, inkluż it-trasformazzjoni diġitali, u kif l-aħjar li nindirizzawhom. Ser inkomplu l-ħidma tagħna biex nippermettu lill-UE żżid il-kompetittività globali tagħha. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-innovazzjoni, l-appoġġ għal teknoloġiji ewlenin, it-titjib tal-ħiliet diġitali, it-titjib tal-kapaċità taċ-ċibersigurtà tagħna, u ż-żieda fl-għadd ta' nisa fis-settur. Aspett importanti ta' dan huwa l-adozzjoni rapida tal-intelliġenza artifiċjali min-negozji kollha, inkluż il-kumpaniji ż-żgħar. Il-politika futura tagħna għandha tindirizza wkoll kwistjonijiet bħad-disparitajiet diġitali sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jibqa' lura. Alexandru Petrescu, Ministru tar-Rumanija għall-Komunikazzjoni u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, president tal-laqgħa tal-Kunsill

Il-Ministri qablu dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-UE fil-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni 2019 (WRC-19) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT).

Il-ministri ħadu nota wkoll tar-rapport ta' progress dwar proposta biex jiġu aġġornati r‑regoli tal‑privatezza għall‑komunikazzjoni elettronika (privatezza elettronika).

Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (kwistjonijiet ta' Telekomunikazzjoni), li sar fis-7 ta' Ġunju 2019, fil-Lussemburgu.

Taħt "Kwistjonijiet oħrajn", il-presidenza aġġornat il-ministri dwar id-dossiers leġislattivi attwali: il-programm Ewropa Diġitali, u ċ‑ċentru Ewropew ta' Kompetenza fil‑qasam taċ‑Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni. Il-ġurnata ta' qabel il-presidenza laqgħet ukoll l-adozzjoni tad-direttiva dwar id-data miftuħa u l-informazzjoni tas-settur pubbliku.

Il-presidenza pprovdiet ħarsa ġenerali tal-aktar avvenimenti importanti tal-presidenza li saru fir-Rumanija. Id-delegazzjoni Ċeka għarrfet lill-ministri dwar il-konferenza tas-sigurtà 5G fi Praga, u l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu pprovda informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi u l-aspetti ġudizzjarji relatati mal-5G. Il-presidenza Finlandiża li jmiss ippreżentat ukoll il-programm ta' ħidma tagħha.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Frar 2025