"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 06/06/2019, 6 ta' Ġunju 2019

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu ("approċċ ġenerali") dwar proposta biex is-settur tat-trasport isir aktar effiċjenti billi jiġi stabbilit qafas legali uniformi għall-użu u t-trasmissjoni ta' informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija.

Nilqa' l-pożizzjoni tal-Kunsill milħuqa llum dwar l-informazzjoni diġitali dwar it-trasport tal-merkanzija, li ser iżżid l-effiċjenza tal-modi kollha tat-trasport. Ħadna wkoll kont tal-progress sinifikanti miksub f’diversi proposti oħra fi żmien limitat ħafna. L-għadd kbir ta' ftehimiet importanti milħuqa mal-Parlament juri li konna effettivi biex tajna riżultati f'dak li huwa l-aktar importanti. Răzvan Cuc, Ministru għat-Trasport tar-Rumanija, president tal-laqgħa tal-Kunsill
Filmat tal-punti ewlenin tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (kwistjonijiet ta' Trasport), li sar fis-6 ta' Ġunju 2019, fil-Lussemburgu.

Il-Kunsill ħa nota tal-progress dwar proposta biex jiġu ssimplifikati l-miżuri għall-għoti tal-permessi sabiex tiġi ffaċilitata t-tlestija tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T).

Il-Kunsill ivvaluta l-progress dwar proposta biex jiġi stabbilit qafas regolatorju ċar għas-suq tal-vetturi mikrija u biex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' vetturi mikrija għat-trasport internazzjonali.

Il-Ministri qiesu l-progress dwar proposta biex jiġu riveduti r-regoli tal-UE dwar it-tariffi għall-użu tat-toroq (Eurovignette), li ser jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-finanzjament tal-infrastruttura tat-toroq, il-konġestjoni u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

Il-Kunsill ivvaluta l-progress dwar abbozz ta' regolament li jirrevedi d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji.

Fost ħafna temi oħra, il-punt "Affarijiet oħra" inkluda informazzjoni mill-presidenza dwar l-għadd kbir ta' dossiers maqbula mal-Parlament Ewropew taħt il-presidenza Rumena dwar suġġetti bħall-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq, l-ambjent għal Punt Uniku ta' Kuntatt Marittimu Ewropew, it-taħriġ tal-baħħara, il-vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-kabini ajrudinamiċi u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-Presidenza Rumena infurmat ukoll lill-ministri dwar l-istatus tal-proposta dwar il-bidliet staġonali fil-ħin. Il-Presidenza Finlandiża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha.

Fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, laqgħa Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar it-trasport iddiskutiet il-kooperazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq u l-infrastruttura. Il-laqgħa approvat ukoll dikjarazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni tat-trasport reġjonali fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant fil-kuntest tal-10 anniversarju tas-Sħubija tal-Lvant.

L-UE qed tintroduċi trakkijiet ajrudinamiċi u miżuri oħra biex toqrob lejn Pjaneta Nadifa għal kulħadd.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025