- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 25/06/2019, 25 ta' Ġunju 2019
Riżultati ewlenin
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tas-sistemi tal-enerġija fl-Unjoni tal-Enerġija
Il-Kunsill adotta sett ta' konklużjonijiet dwar il-futur tas-sistemi tal-enerġija fl-Unjoni tal-Enerġija. Huma jidentifikaw prijoritajiet u prinċipji għat-tfassil tal-politika futur li għandhom l-għan li jiżguraw it-transizzjoni tal-enerġija għal sistema tal-enerġija bi prezz raġonevoli, sikura, kompetittiva, sigura u sostenibbli.
Il-konklużjonijiet li qbilna dwarhom illum jipprovdu viżjoni għall-politika tal-enerġija fl-UE sal-2030 u lil hinn. B'mod partikolari, enfasizzajna l-importanza li niffukaw l-isforzi tagħna u nżidu l-investiment fl-oqsma tal-infrastruttura, it-teknoloġiji innovattivi u l-akkoppjament u l-integrazzjoni tas-settur. Fl-istess ħin, irridu niżguraw li ċ-ċittadini u n-negozji jinsabu fil-qalba tal-proċess ta' transizzjoni tal-enerġija billi jiġu żgurati l-aċċettazzjoni soċjali u l-kompetittività internazzjonali. Issa f'idejn il-Kummissjoni biex tmexxi dan 'il quddiem meta tagħmel proposti ġodda fil-qasam tal-enerġija. Anton Anton, Ministru għall-Enerġija tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Relazzjonijiet esterni fl-enerġija
Il-Kunsill ġie infurmat dwar l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fl-enerġija. Wara dan, il-ministri għall-enerġija kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-suġġett, li ġie ggwidat minn nota ta' informazzjoni pprovduta mill-Presidenza.
Id-diskussjoni kienet produttiva u kostruttiva. Irridu nibqgħu nimpenjaw ruħna mas-sħab ewlenin tagħna sabiex nippromwovu tranżizzjoni għal enerġija nadifa. Indirizzajna wkoll il-modernizzazzjoni li għaddejja bħalissa tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija u tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija. Anton Anton, Ministru għall-Enerġija tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Punti oħra fuq l-aġenda
Taħt ''affarijiet oħra'', il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni reċenti tagħha dwar l-abbozzi ta' pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima (NECPs). L-NECPs huma parti mill-qafas ġdid ta' governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u għandhom l-għan li jiżguraw li l-UE tikseb l-objettivi tagħha għall-enerġija u l-klima. L-istati membri kollha ppreżentaw l-ewwel abbozzi ta' NCEPs. Issa għandhom sa tmiem din is-sena biex jiffinalizzaw il-pjanijiet tagħhom.
Il-Presidenza Finlandiża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha. Id-delegazzjoni Finlandiża ħabbret il-ħsieb tagħha li tenfasizza l-aġenda dwar il-klima matul il-Presidenza tagħha.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Il-Kunsill jiddeskrivi l-prinċipji u l-prijoritajiet għall-futur tas-sistemi tal-enerġija fl-Unjoni tal-Enerġija - 25/06/2019
Regoli aktar effettivi biex jittrattaw kwistjonijiet matrimonjali transkonfinali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - 25/06/2019
UE-Vjetnam: il-Kunsill jadotta deċiżjonijiet li jiffirma ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment - 25/06/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025