"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Regoli uniformi dwar l-applikazzjonijiet għall-ażil

Regoli riveduti tal-UE biex jiġu armonizzati l-istandards u d-drittijiet ta' protezzjoni għal dawk li jfittxu l-ażil fl-istati membri kollha jgħinu biex jitnaqqas l-għadd ta' movimenti sekondarji.

Fatti u ċifri dwar l-applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE

Is-sistema Ewropea komuni tal-ażil tistabbilixxi standards minimi komuni għat-trattament tal-persuni li jfittxu l-ażil. Fil-prattika, il-persuni li jfittxu l-ażil mhumiex trattati b'mod uniformi, u r-rati ta' rikonoxximent ivarjaw minn stat membru għal ieħor.

B'riżultat ta' dan, ħafna persuni li jfittxu l-ażil jiċċaqilqu fl-UE biex ifittxu l-aħjar pajjiż fejn japplikaw għall-ażil. Dan il-fenomenu huwa magħruf bħala "shopping għal ażil".

Fl-2023, 1 129 795 ċittadin mhux tal-UE applikaw għall-ażil fl-UE. Dawn iċ-ċifri jinkludu kemm applikanti għall-ażil għall-ewwel darba kif ukoll applikazzjonijiet sussegwenti. L-infografika turi wkoll:

  • ix-xejriet fl-għadd ta' persuni li jfittxu l-ażil fl-UE 
  • il-pajjiżi ta' oriġini tal-applikanti għall-ażil
  • l-għadd ta' applikazzjonijiet f'kull pajjiż tal-UE

 

Din l-infografika tagħti ħarsa ġenerali lejn l-applikanti għall-ażil fl-UE bejn l-1990 u l-2022.

Applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE (Infografika)

Regoli riveduti tal-UE biex l-applikanti għall-ażil jiġu ttrattati b'mod ġust

Il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-applikanti kollha għall-ażil jiġu ttrattati bl-istess mod fl-istati membri kollha. Ir-regoli riveduti jiddefinixxu: 

Globu b'ikona ta' katnazz.

kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta' persuni li huma ġenwinament fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali

Ikona fuq miżien ibbilanċjat.

drittijiet komuni għal dawk il-persuni fl-istati membri kollha

Ħidma fuq il-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

F'Lulju 2017, l-ambaxxaturi għall-UE qablu dwar mandat għal negozjati dwar l-abbozz ta' regoli għall-kwalifika tal-applikanti għall-ażil u d-drittijiet u l-benefiċċji armonizzati għall-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali madwar l-UE. In-negozjati mal-Parlament ġew finalizzati fl-2022.

Fit-8 ta' Frar 2024, ir-rappreżentanti tal-istati membri tal-UE approvaw il-qbil li ntlaħaq bejn il-Kunsill u l-Parlament fl-2022.

Il-Kunsill adotta l-patt tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-14 ta' Mejju 2024.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Frar 2025