Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 16 ta' April 2018 10:35

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar qafas legali ġdid kontra kompetizzjoni inġusta fil-kummerċ

Il-Kunsill adotta llum il-pożizzjoni tiegħu fuq ir-regolament li jimmodernizza l-istrumenti ta’ difiża tal-kummerċ tal-UE, wara l-ftehim politiku li ntlaħaq mal-PE f’Diċembru 2017. Dan il-pass iwitti t-triq għall-adozzjoni finali tat-test mill-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin.

Ir-regolament jemenda l-qafas legali eżistenti li jippermetti li jiġu imposti tariffi ogħla fuq importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jew dawk sussidjati sabiex itejjeb il-protezzjoni tal-produtturi tal-UE mill-ħsara li toħloq il-kompetizzjoni inġusta. Ir-regolament il-ġdid jagħmel l-istrumenti ta’ difiża tal-kummerċ tal-UE aktar prevedibbli, trasparenti u aċċessibbli, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

L-adozzjoni ta’ dawn l-istrumenti ġodda ta’ difiża tal-kummerċ hija partikolarment f’waqtha. Quddiem pressjonijiet protezzjonisti u theddid dejjem akbar għall-valuri u l-prinċipji tas-sistema ta’ kummerċ ibbażata fuq ir-regoli, huwa saħansitra aktar importanti għall-UE li jkollha l-għodod it-tajbin, filwaqt li fl-istess ħin tappoġġa l-kummerċ ħieles u ġust.” qal Emil Karanikolov, il-ministru responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ kummerċ tal-Bulgarija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill

Ir-regolament propost ser:

  • Iżid it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-miżuri proviżorji antidumping u kontra s-sussidji Dan jinkludi perjodu ta' divulgazzjoni minn qabel ta' tliet ġimgħat wara li l-informazzjoni tkun saret pubblika li fih ma jiġux applikati dazji proviżorji, kif ukoll salvagwardji addizzjonali marbuta mal-ħżin.
  • Jippermetti li l-investigazzjonijiet jinbdew mingħajr talba uffiċjali mill-industrija meta jkun hemm theddida ta’ ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi.
  • Jippermetti lit-trade unions iressqu lmenti flimkien mal-industrija u jsiru partijiet interessati fil-proċedimenti.
  • Inaqqas il-perjodu normali ta’ investigazzjoni għal perjodu ta’ 7 xhur, b’perjodu massimu ta’ tmien xhur. Id-dazji definittivi ser ikollhom jiġu imposti fi żmien 14-il xahar.
  • Jippermetti li jiġu imposti dazji ogħla fejn ikun hemm distorsjonijiet tal-materja prima u fejn din il-materja prima, inkluż l-enerġija, tkun tammonta għal aktar minn 17% tal-irċevuti meta titqies individwalment. Dan ikun jippermetti li l-livell tad-dazji imposti skont ir-"regola tad-dazju inferjuri" jiġi adattat jekk ikun fl-interess tal-UE. L-impożizzjoni ta' dazji ogħla ser tinkludi profitt ta' riferiment iffissat għal minimu ta’ 6%.
  • Jippermetti li l-importaturi jirċievu rimborż tad-dazji miġbura matul rieżami tal-iskadenza f’każijiet fejn il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ ma jkunux qed jittieħdu.
  • Iqis l-istandards soċjali u ambjentali meta tiġi vvalutata l-aċċettabbiltà ta' impriża u meta jiġi stabbilit il-marġini tal-eliminazzjoni tal-ħsara.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill ġiet adottata b'maġġoranza kwalifikata, fejn l-Irlanda astjeniet u l-Iżvezja u r-Renju Unit ivvutaw kontra. Il-Parlament Ewropew issa hu mistenni jivvota fil-plenarja dwar it-test finali tar-regolament, u b’dan ilesti l-proċedura leġislattiva fit-tieni qari.

Il-firma formali tar-regolament hija mbassra li ssir fi Strasburgu lejn l-aħħar ta’ Mejju. Ir-regolament għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ftit wara.

L-UE qed taħdem fuq l-ewwel rieżami fundamentali tal-istrumenti tagħha ta' difiża kummerċjali sa mill-1995
Strumenti ta' difiża kummerċjali tal-UE (Infografika)

Strumenti ta' difiża kummerċjali tal-UE (Infografika)

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024