Skip to content
• Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Riċerka), 30 ta' Settembru 2025

Riżultati ewlenin

Konklużjonijiet dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-Istrateġija tal-UE għall-Kumpaniji Start-up u Scale-up

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-Istrateġija tal-UE għall-Kumpaniji Start-up u Scale-up. Dawn il-konklużjonijiet jipprovdu gwida għall-istabbiliment ta' ekosistema b'saħħitha u dinamika fejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka jistgħu jappoġġaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' kumpaniji ġodda, jivvalorizzaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom, u jattiraw u jżommu t-talent. Għal dan l-għan, il-konklużjonijiet jappellaw għal ambjent regolatorju u finanzjarju ta' appoġġ biex tingħata spinta lill-kumpaniji innovattivi.

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Ir-riċerka u l-intraprenditorija mhumiex realtajiet separati, iżda żewġ uċuħ tal-istess munita. Filwaqt li l-istituzzjonijiet tar-riċerka jistgħu jgħinu lill-istartups u l-iscaleups jibdew u jikbru, is-settur privat jista' jgħin ukoll lill-istituzzjonijiet tar-riċerka jiżguraw l-investiment u jivvalorizzaw is-sejbiet tagħhom. Hija strateġija fejn kulħadd rebbieħ: l-istituzzjonijiet tar-riċerka jirbħu, il-kumpaniji jirbħu, u l-kompetittività Ewropea tirbaħ.

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Konklużjonijiet dwar sejħa għal azzjoni dwar ix-xjenzi tal-ħajja għall-kompetittività tal-Unjoni

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar ix-xjenzi tal-ħajja għall-kompetittività tal-Unjoni It-test jilqa' l-ambizzjoni li l-UE ssir l-aktar ċentru attraenti fid-dinja għax-xjenzi tal-ħajja sal-2030, kif deskritt fl-istrateġija reċenti tal-Kummissjoni, u jipprovdi gwida biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom għall-kompetittività Ewropea. Il-konklużjonijiet jinkoraġġixxu riċerka aktar b'saħħitha fi prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata (ATMPs), rwol ewlieni fil-provi kliniċi u approċċ wiesa' għall-bijoteknoloġija biex jiġi rilaxxat il-potenzjal sħiħ tagħha. Huma jappellaw ukoll għall-użu ta' teknoloġiji avvanzati — bħall-intelliġenza artifiċjali u l-computing kwantistiku — fix-xjenzi tal-ħajja, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza li jiġu żviluppati l-ħiliet, u li jiġi attirat u jinżamm it-talent. Fl-aħħar nett, il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-ħtieġa għal qafas ta' governanza koordinat dwar ix-xjenzi tal-ħajja u għal implimentazzjoni rapida tal-azzjonijiet proposti.

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-lum jibagħtu messaġġ ċar: l-UE għandha tmexxi t-tellieqa globali għax-xjenzi tal-ħajja. Biex naslu hemm, irridu naġixxu b'urġenza u determinazzjoni bi strateġija koordinata li tibdel l-ambizzjoni f'azzjoni.

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Pakkett Orizzont Ewropa: Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2028-2034

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-Pakkett tal-QFP ta' Orizzont Ewropa, b'enfasi fuq is-suġġett tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE fil-qasam tal-applikazzjonijiet b'użu doppju u l-applikazzjonijiet tad-difiża. Il-ministri rriflettew dwar l-opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kompetittività u r-reżiljenza f'dan l-approċċ il-ġdid għall-applikazzjonijiet b'użu doppju u l-applikazzjonijiet tad-difiża filwaqt li enfasizzaw ukoll is-sensittivitajiet li dan jista' jqajjem. Ħafna mid-delegazzjonijiet laqgħu l-inklużjoni ta' proġetti b'użu doppju f'Orizzont Ewropa, peress li l-biċċa l-kbira tal-proġetti ta' riċerka diġà għandhom dimensjoni ta' użu doppju, b'mod partikolari fl-oqsma tat-teknoloġija. Madankollu, diversi delegazzjonijiet issottolinjaw l-importanza li jinżamm fokus fuq in-natura ċivili tal-programm ta' riċerka u innovazzjoni u appellaw biex il-proġetti li jkunu biss ta' difiża ma jiġux iffinanzjati mill-baġit tar-riċerka (iżda mill-Fond Ewropew għall-Kompetittività, minflok). Ħafna delegazzjonijiet appellaw ukoll għal definizzjoni ċara ta' "użu doppju" u talbu li l-proġetti b'użu doppju ma jkollhomx piżijiet amministrattivi addizzjonali. Ħafna delegazzjonijiet fakkru fil-ħtieġa li jinżammu l-libertà tar-riċerka u l-kooperazzjoni internazzjonali, iżda li fl-istess ħin jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta' data sensittiva, fl-ispirtu tal-prinċipju "kemm jista’ jkun miftuħ u magħluq kemm meħtieġ".

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Il-kompetittività, is-sigurtà ekonomika u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa jiddependu fuq il-kapaċità tagħna li naħsdu l-potenzjal sħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni li niffinanzjaw. Għandna nkunu miftuħa għall-possibbiltajiet li joffru l-proġetti b'użu doppju.

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

Christina Egelund, Ministru tad-Danimarka għall-Edukazzjoni Għolja u x-Xjenza

L-ambizzjonijiet futuri fil-livell tal-UE għall-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati dwar ir-Rapport ta' Progress Annwali tal-2025 dwar is-Simplifikazzjoni, l-Implimentazzjoni u l-Infurzar, u l-Kummissjoni għamlet preżentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Infrastrutturi tar-Riċerka u t-Teknoloġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Ottubru 2025